Sejħa għal Direttur tal-Festival ta’ ŻiguŻajg

Loading Events

« All Events

  • This event has passed.

Sejħa għal Direttur tal-Festival ta’ ŻiguŻajg

24 January 2016 @ 8:00 am - 8 February 2016 @ 11:55 pm

Post-Description---Festival-Director-MT

 

L-iskop ġenerali tal-pożizzjoni

Sabiex jitfassal u jitwettaq il-programm tal-festival hekk msejjaħ, ŻiguŻajg Festival Internazzjonali tal-Arti għat-Tfal u ż-Żgħażagħ.

Sabiex jiġi msejjes fuq il-viżjoni u l-għanjiet prinċipali spjegati fil-pjan strateġiku, filwaqt li ma jonqosx milli jintlaħaq livell artistiku għoli għat-tfal u ż-żgħażagħ.

Filwaqt li d-Direttur tal-Festival għandu jżomm kuntatt dirett mal-Bord tal-Fondazzjoni Kreattività, id-direttur għandu wkoll rwol integrali fl-oqsma mniżżlin hawn taħt:

 

Responsabbilitajiet Primarji

Artistiċi

– Li jfassal u jwettaq il-viżjoni artistika u strateġika tal-Festival, filwaqt li jiżgura li l-ipprogrammar, il-kollaborazzjonijiet varji, il-proposti għal xogħlijiet ġodda, l-għażla tan-nies u xogħol kreattivi, kif ukoll il-kura, żvilupp u produzzjoni tal-festival jiġu mħarsa bl-akbar attenzjoni possibbli.

– Li jagħti l-pariri meħtieġa għal dawk ix-xogħlijiet li ġew ikkummissjonati għal-festival, u jiġi mħeġġeġ spirtu ta’ diversità u inklussività fuq kull xorta ta’ espressjonijiet kreattivi, udjenzi u komunitajiet.

L-immaniġjar strateġiku u operazzjonali

– Li jaħdem id f’id mal-Maniġer tal-Festival dwar kull aspett ta’ pjanar, programmar, akkwist ta’ fondi, ibbaġitjar, proposti ta’ għotjiet u fondazzjoni, riċerka u networking.

– Li jidentifika u jagħmel kuntatt ma’ organizzazzjonijiet u entitajiet pubbliċi u kulturali oħrajn dwar inizjattivi li jistgħu jikkontribwixxu fit-twettiq tal-programm tal-festival.

– Li jgħarraf u jiddiskuti pjan annwali għall-iżvilupp tal-programm tal-Festival mal-Fondazzjoni Kreattivittà.

– Li jaħdem, flimkien mat-tim tal-Marketing u Kommunikazzjoni, sabiex jiżgura li l-identità tal-Festival jinżamm u jiġi żviluppat skond l-viżjoni tal-Fondazzjoni.

– Li jaħdem flimkien mal-Maniġer tal-Festival sabiex jiżviluppa u jtejjeb il-pożizzjoni tal-Festival kemm fuq livell nazzjonali u dak internazzjonali.

– Li jfittex u jħaddan opportunitajiet fejn xogħol ikkummissjonat għal-Festival jista’ jintwera u jipparteċipa f’kuntesti u kollaborazzjonijiet nazzjonali u internazzjonali.

– Li, flimkien mal-Maniġer tal-Festival, jħejji u jfassal rapport annwali li jinkludi analiżi dettaljata ta’ kif jista’ jiġi żviluppat il-Festival fis-snin li ġejjin.

Finanzjarji u baġitarji

– Li jippjana u jżomm mal-previżjonijiet baġitarji mfasslin mill-Fondazzjoni.

– Li jaħdem mal-Maniġer tal-Festival sabiex jiżgura li l-ispejjeż ma’ jaqbżux dawk proġettati.

– Li jiddiskuti mal-Maniġer tal-Festival sabiex jiġu identifikati opportunitajiet għall-akkwist ta’ fondi li permezz tagħhom ikun jista’ jiġi mwettaq il-programm.

– Li jaħdem mal-Maniġer tal-Festival sabiex jintlaħqu u jinżammu relazzjonijiet tajbin u b’saħħithom, speċjalment ma’ nies u entitajiet korporattivi li huma ta’ importanza għal-Festival.

– Li, tul is-sena kollha jikkomunika ma’ individwi, istituzzjonijiet u entitajiet li jistgħu jsiru benefatturi billi jħeġġeġ l-appoġġ tagħhom għall-iżvilupp tal-Festival.

Sorveljanza tax-xogħol

– Responsabbli għaċ-Ċermen tal-Fondazzjoni Kreattività, u li jikkomunikaw direttament miegħu għal direzzjoni, rassenjar ta’ xogħol, kjarifika u approvazzjoni ta’ xogħol u kwistjonijiet.

Informazzjoni oħra

– Din hija sejħa għal-pożizzjoni msejsa fuq bażi ta’ proġett, fejn id-Direttur tal-Festival għandu ċertu flessibiltà sabiex jiżviluppa pjan ta’ xogħol tiegħu.

– Id-Direttur tal-Festival għandu jlesti ruħu għall-possibiltà ta’ jiem twal ta’ ħidma, anke fi tmiem il-ġimgħa, sabiex jintlaħqu l-għanjiet tal-festival fiż-żmien stipulat.

Esperjenza/Kapaċitajiet/Kwalifiki

– Esperjenza vasta fit-tħejjija ta’ festivals u evidenza ta’ xogħol li jirrifletti livell għoli ta’ kapaċita’ artistika u kreattiva.

– Il-kapaċita li taħdem ma’ oħrajn u toffri appoġġ meta meħtieġ.

– Għarfien ta’ pjanar u strateġiku f’kuntest ta’ organizzazzjoni.

– Esperjenza vasta fis-settur ta’ xogħol kreattiv għat-tfal u għaż-żgħażagħ.

– Għarfien estensiv dwar ix-xena artistika u kreattiva, kemm f’kuntest nazzjonali kif ukoll dak internazzjonali.

– Kapaċità ta’ analiżi u apprezzament ta’ produzzjonijiet artistiċi.

– Għarfien u kapaċità li jaħdem f’kuntest diġitali.

– Għarfien ġenerali ta’ proċeduri meħtieġa f’xogħol amministrattiv, u kapaċità ta’ kitba formali.

– Esperjenza fl-immaniġjar ta’ proġetti.

– Familjarità u esperjenza suffiċenti marbutin mal-akkwist ta’ fondi, u ppjanar u amministrazzjoni finanzjarja.

– Kapaċità fl-organiżazzjoni u pjanar ta’ xogħol, u evidenza ta’ livell ta’ dixxiplina sabiex tinżamm l-skeda tax-xogħol, skont ma jirrikjedu l-proġetti.

– Kapaċitajiet interpersonali eċċellenti, u esperjenza ta’ servizz lill-konsumatur.

– Kitba u kommunikazzjoni eċċellenti bl-Ingliż u bil-Malti.

– Il-kapaċità li josserva u jitgħallem fuq il-post tax-xogħol u permezz ta’ sitwazzjonijiet differenti.

– Il-kapaċità li jaħdem taħt pressjoni.

 

Biex tapplika, ibgħat il-curriculum vitae tiegħek flimkien ma’ ittra ta’ motivazzjoni li tispjega kif il-ħiliet u l-esperjenza tiegħek huma idonji għal dan l-irwol.

L-applikazzjonijiet għandhom jiġu ndirizzati liċ-ċermen, Fondazzjoni Kreattivita’, fuq [email protected], u għandhom jintbagħtu sa mhux aktar mit-Tnejn 8 ta’ Frar 2016.

Dettalji

Bidu:
24 January 2016 @ 8:00 am
Tmiem:
8 February 2016 @ 11:55 pm
Event Category:

Venue

Lil hinn