Sejħa għal Direttur tal-Festival ta’ Viva

Loading Events

« All Events

  • This event has passed.

Sejħa għal Direttur tal-Festival ta’ Viva

6 May 2016 @ 8:00 am - 27 May 2016 @ 11:00 am

Call for viva box - mt2

L-iskop ġenerali tal-pożizzjoni
Sabiex jitfassal u jitwettaq il-programm tal-festival hekk msejjaħ, VIVA – Festival Internazzjonali tal-Arti Viżiva tal-Belt Valletta.
Sabiex jiġi msejjes fuq il-viżjoni u l-għanjiet prinċipali spjegati fil-pjan strateġiku, kif ukoll jintlaħaq livell artistiku għoli.

Filwaqt li d-Direttur tal-Festival għandu jżomm kuntatt dirett mal-Bord tal-Fondazzjoni Kreattività, id-direttur għandu wkoll rwol integrali fl-oqsma mniżżlin hawn taħt:
Responsabbilitajiet Primarji

Artistiċi
● Li jfassal u jwettaq il-viżjoni artistika u strateġika tal-Festival, filwaqt li jiżgura li l-ipprogrammar, l-ikkurrar, il-kollaborazzjonijiet varji, il-proposti għal xogħlijiet ġodda u dokumentazzjoni.
● Li jaħdem pjan ta’ żvilupp u riċerka bl-għan li l-imsieħba fis-settur tal-arti viżiva irawmu l-maturita’ professjonali, l-għarfien kreattiv u n-netwerks tagħhom.
● Li jagħti l-pariri meħtieġa għal dawk ix-xogħlijiet li ġew ikkummissjonati għall-festival, u jiġi mħeġġeġ spirtu ta’ diversità u inklussività fuq kull xorta ta’ espressjonijiet kreattivi, udjenzi u komunitajiet.

L-immaniġjar strateġiku u operazzjonali
● Li jaħdem id f’id mal-Maniġer tal-Festival dwar kull aspett ta’ pjanar, programmar, akkwist ta’ fondi, ibbaġitjar, proposti ta’ għotjiet u fondazzjoni, riċerka u netwerking.
● Li jidentifika u jagħmel kuntatt ma’ organizzazzjonijiet u entitajiet pubbliċi u kulturali oħrajn dwar inizjattivi li jistgħu jikkontribwixxu fit-twettiq tal-programm tal-festival.
● Li jgħarraf u jiddiskuti pjan annwali għall-iżvilupp tal-programm tal-Festival mal-Fondazzjoni Kreattività.
● Li jaħdem, flimkien mat-tim tal-Marketing u Kommunikazzjoni, sabiex jiżgura li l-identità tal-Festival jinżamm u jiġi żviluppat skond l-viżjoni tal-Fondazzjoni.
● Li flimkien mal-Maniġer tal-Festival u t-tim tal-Marketing u Kommunikazzjoni jikkokkordina l-ikkurar tal-katalgu tal-Festival, inkluż id-disinn, għażliet editorjali u kontributuri.
● Li jaħdem flimkien mal-Maniġer tal-Festival sabiex jiżviluppa u jtejjeb il-pożizzjoni tal-Festival kemm fuq livell nazzjonali u dak internazzjonali.
● Li jfittex u jħaddan opportunitajiet fejn xogħol ikkummissjonat għal-Festival jista’ jintwera u jipparteċipa f’kuntesti u kollaborazzjonijiet nazzjonali u internazzjonali.
● Li, flimkien mal-Maniġer tal-Festival, jħejji u jfassal rapport annwali li jinkludi analiżi dettaljata ta’ kif jista’ jiġi żviluppat il-Festival fis-snin li ġejjin.

Finanzjarji u baġitarji
● Li jippjana u jżomm mal-previżjonijiet baġitarji mfasslin mill-Fondazzjoni.
● Li jaħdem mal-Maniġer tal-Festival sabiex jiżgura li l-ispejjeż ma’ jaqbżux dawk proġettati.
● Li jiddiskuti mal-Maniġer tal-Festival sabiex jiġu identifikati opportunitajiet għall-akkwist ta’ fondi li permezz tagħhom ikun jista’ jiġi mwettaq il-programm.
● Li jaħdem mal-Maniġer tal-Festival sabiex jintlaħqu u jinżammu relazzjonijiet tajbin u b’saħħithom, speċjalment ma’ nies u entitajiet korporattivi li huma ta’ importanza għal-Festival.
● Li, tul is-sena kollha jikkomunika ma’ individwi, istituzzjonijiet u entitajiet li jistgħu jsiru benefatturi billi jħeġġeġ l-appoġġ tagħhom għall-iżvilupp tal-Festival.

Sorveljanza tax-xogħol
● Responsabbli għaċ-Ċermen tal-Fondazzjoni Kreattività, u li jikkomunikaw direttament miegħu għal direzzjoni, rassenjar ta’ xogħol, kjarifika u approvazzjoni ta’ xogħol u kwistjonijiet.

Informazzjoni oħra
● Din hija sejħa għal-pożizzjoni msejsa fuq bażi ta’ proġett, fejn id-Direttur tal-Festival għandu ċertu flessibiltà sabiex jiżviluppa pjan ta’ xogħol tiegħu.
● Id-Direttur tal-Festival għandu jlesti ruħu għall-possibiltà ta’ jiem twal ta’ ħidma, anke fi tmiem il-ġimgħa, sabiex jintlaħqu l-għanjiet tal-festival fiż-żmien stipulat.

Esperjenza/Kapaċitajiet/Kwalifiki
● Esperjenza vasta fit-tħejjija ta’ festivals u evidenza ta’ xogħol li jirrifletti livell għoli ta’ kapaċita’ artistika u kreattiva.
● Il-kapaċita li jaħdem ma’ oħrajn u joffri appoġġ meta meħtieġ.
● Għarfien ta’ pjanar u strateġiku f’kuntest ta’ organizzazzjoni.
● Esperjenza vasta fl-arti viżiva kontemporanja.
● Għarfien estensiv dwar ix-xena artistika u kreattiva ta’ Malta, b’emfasi speċjali fuq is-settur tal-arti viżiva kontemporanja nazzjonali.
● Kapaċità ta’ analiżi u apprezzament ta’ produzzjonijiet artistiċi.
● Għarfien u kapaċità li jaħdem f’kuntest diġitali.
● Kapaċijiet eċċelenti ta’ netwerking.
● Għarfien ġenerali ta’ proċeduri meħtieġa f’xogħol amministrattiv, u kapaċità ta’ kitba formali.
● Esperjenza fl-immaniġjar ta’ proġetti.
● Familjarità u esperjenza suffiċenti marbutin mal-akkwist ta’ fondi, u ppjanar u amministrazzjoni finanzjarja.
● Kapaċità fl-organiżazzjoni u pjanar ta’ xogħol, u evidenza ta’ livell ta’ dixxiplina sabiex tinżamm l-skeda tax-xogħol, skont ma jirrikjedu l-proġetti.
● Kapaċitajiet interpersonali eċċellenti, u esperjenza ta’ servizz lill-konsumatur.
● Kitba u kommunikazzjoni eċċellenti bl-Ingliż u bil-Malti.
● Il-kapaċità li josserva u jitgħallem fuq il-post tax-xogħol u permezz ta’ sitwazzjonijiet differenti.
● Il-kapaċità li jaħdem taħt pressjoni.
Il-persuna li tintagħżel se tkun qiegħda fuq kuntratt għal servizz ta’ tliet snin. Ir-renumerazzjoni hija ta’ ħamest elef ewro, eskluż il-VAT, għal kull edizzjoni. Il-pagament jiġi proċessat wara li l-Fondazzjoni Kreattività tirċievi l-fattura għal ħlas b’numru tal-VAT validu. Irċevuta tal-VAT għandha tingħata la darba jingħata l-ħlas dovut.

Din l-inizjattiva hija kollaborazzjoni bejn Fondazzjoni Kreattività u Fondazzjoni Valletta 2018.

Il-Fondazzjoni Valletta 2018 hija responsabbli għall-vjaġġ ta’l-Belt Valletta lejn il-Belt Kapitali Ewropea tal-Kultura f’Malta fl-2018. Permezz tal-kreattività u l-espressjoni artistika, dan it-titlu se jservi sabiex ikunu jistgħu jseħħu bidliet kulturali, soċjali u ekonomiċi li flimkien għandhom iħallu impatt, kemm ġewwa l-Belt Valletta u kif ukoll madwar il-gżejjer Maltin.

Jekk inti interessat, ibgħat is-CV tiegħek flimkien ma’ ittra ta’ motivazzjoni li tispjega kif il-ħiliet u l-esperjenza tiegħek huma idonji għal dan l-irwol.

L-applikazzjonijiet għandhom jiġu ndirizzati liċ-ċermen, Fondazzjoni Kreattività, fuq [email protected]

Id-data tal-għeluq għall-applikazzjonijiet hija l-Gimgha 27 ta’ Mejju 2016 fil-11.00am.

Jekk jogħġbok għafas hawn biex tara il-katalgi tas-snin li għaddew: VIVA 2015    VIVA 2014

Dettalji

Bidu:
6 May 2016 @ 8:00 am
Tmiem:
27 May 2016 @ 11:00 am
Event Categories:
,

Venue

Lil hinn