ISSIEĦEB PARTI MIT-27 TIMES CINEMA TA’ DIN IS-SENA!

Imniedi b’mod konġunt fl-2010 mill-Premju tal-Udjenza LUX tal-Parlament Ewropew, Giornate degli Autori u Europa Cinemas, 27 Times Cinema se jilqgħu 27 żagħżugħ u żagħżugħ  li jħobbu l-films u li se jirrappreżentaw teatru tal-films li jagħmel parti min network tal-Europa Cinemas kif ukoll wieħed mis-27 stat membru tal-Unjoni Ewropea.


Min jista’ jipparteċipa? 

  • Tħobb il-films u għandek bejn it-18 u l-25 sena
  • B’ħiliet eċċellenti fl-Ingliż (qari, miktub u mitkellem)
  • Kapaċità tajba biex tikteb artikli u blogs
  • Attiv/a fuq il-midja soċjali (Facebook, Twitter, Instagram, YouTube u Snapchat)
  • B’ħiliet fil-podcasting, blogging, editjar tal-vidjow, ritratti jew kwalunkwe għodda oħra ta’ komunikazzjoni.

Kif tapplika: 

Ikkrea u ibgħat vidjow fejn fih tispjega xi tħobb mid-dinja taċ-ċinema. Ibda l-vidjow billi tgħid “Iċ-Ċinema għalija hija…”. Agħmilha divertenti u oriġinali!

Rekwiżiti tekniċi:

  • Il-vidjow irid ikun bl-Ingliż
  • B’riżoluzzjoni għolja (Full HD: 1920×1080 px) u b’rekordjar tal-awdjo eċċellenti
  • Tul: 30 sekonda

Il-vidjow għandu jkun fih l-informazzjoni li ġejja:

  • Ismek u l-pajjiż ta’ oriġini tiegħek. 

Agħti ħarsa lejn il-kanal Vimeo tal-Europa Cinemas biex tiċċekkja l-eżempji tas-sena ta’ qabel.

Imla u ibgħat din il-formola tal-applikazzjoni onlajn: https://form.jotform.com/EuropaCinemas/27TC-application-form-2023 flimkien mal-vidjo tiegħek lil Spazju Kreattiv fuq: [email protected]. Intitola l-email tiegħek: 27 Times Cinema Application flimkien ma’ ismek.

Ibgħatilna sat-Tlieta 28 ta’ Marzu 2023 f’nofsinhar. Applikazzjonijiet li jaslu tard ma jiġux ikkunsidrati.

X’jiġri jekk int xortik tajba?

Tirbaħ biljett għal titjira lejn Venezja u tikseb akkomodazzjoni b’xejn fil-Lido fejn isir il-festival. Ikun offrut ukoll akkreditazzjoni tal-festival b’xejn (u aċċess prijoritarju għall-iskrins ta’ Giornate degli Autori).


IMPORTANT: You should commit yourself to :

• Tkun preżenti f’Venezja qabel il-bidu tal-festival, mit-Tlieta 29 ta’ Awwissu sal-Ħadd 10 ta’ Settembru 2023,

• Tkun membru tal-ġurija għall-films li jikkompetu għal Giornate degli Autori

• Tieħu sehem f’diskussjonijiet madwar il-mejda, masterclasses u workshops iffokati fuq it-titjib tal-ħiliet tiegħek fil-kommunikazzjoni bħala influencer biex tkun involut/a attivament u tqajjem kuxjenza dwar il-Premju tal-Udjenza LUX fil-futur.

• Tikkontribwixxi għall-websajt u n-netwerks soċjali tal-Europa Cinemas,

• Tippromwovi u xxerred il-kelma dwar il-Premju tal-Udjenza LUX il-ġdid wara l-festival u tuża l-ħiliet mgħallma f’Venezja,

• Tattendi u tgħin torganizza avvenimenti fil-qafas tal-Premju għall-Udjenza LUX (prinċipalment minn Jannar sa Mejju tas-sena ta’ wara),

• Tkun disponibbli biex tipparteċipa fil-bord tal-Għażla LUX 2024.