ART ADDITIVES hija serje ta’ taħditiet, workshops, laqgħat u avvenimenti satelittarji żviluppati abbażi tal-programm tal-arti viżiva kontemporanja ta’ Spazju Kreattiv L-attivitajiet kollha huma b’xejn u miftuħin għal varjetà ta’ udjenzi – minn artisti għal studenti b’livell ta’ edukazzjoni postsekondarja, tfal u familji, u dawk b’interess fix-xena artistika viżiva. L-avvenimenti se jinkludu bosta kelliema, b’uħud minnhom kuraturi, prattikanti, artisti u saħansitra edukaturi.


ONE | SIX  – Master of Fine Arts in Digital Arts Exhibition 2019

Data u Ħin: L-Erbgħa, 26 ta’ Ġunju, 2019, 6pm
Post: Spazju Ċ, Spazju Kreattiv

L-istudenti li qed jesebixxu xogħolhom fil-wirja ONE | SIX, MFA Digital Arts Degree Exhibition ser jiggwidaw mixja madwar il-wirja fejn ser jispjegaw xogħolhom.  Din ser tkun segwita minn sezzjoni ta’ informazzjoni dwar l-Arti u d-Disinn fi ħdan l-istudji li jsegwu l-ewwel grad fid-Dipartiment tal-Arti Diġitali, kif ukoll xi preżentazzjonijiet qosra minn ex-studenti tal-kors u   bibita ħafifa.


“Object, Objetc, Objecc, ”:  Games in Art (Il-Logħob fl-Arti)

Data u Ħin: It-Tlieta, 4 ta’ Ġunju 2019, 7pm

Dan l-avveniment li jagħmel parti mis-sensiela Art Additives jinvolvi l-irrekordjar ta’ podcast fejn Letta Shtohryn ser titkellem dwar l-użu tal-logħob fl-arti kif ukoll il-logħob bħala arti mal-kelliem mistieden Josef Florian Micallef.  Din id-diskussjoni ser tittratta l-prattika tal-użu tal-video games u board games eżistenti fl-oqsma tal- arti, interattività,u  kwistjonijiet ta’ copyright u tal-awtur tax-xogħol.  Din it-taħdita ser tiffoka wkoll fuq ix-xogħol; ta’ Letta Shtohryn, li użat il-logħoba SIMS fi Crypto Heaven u Algorithmic Oracle, kif ukoll ta’ artisti oħrajn lil użaw l-istess kunċett fl-arti tagħhom.  

Dan l-avveniment ser ikun immoderat minn Andrew Pace.


Julinu’s RadioActive Ravioli #2: Ravjul Imqarqaċ

Data u Ħin: Is-Sibt, 18 ta’ Mejju, 2019,  11am
Post: Spazju Ċ4, Spazju Kreattiv

Il-logħob bil-kliem, il-manipulazzjoni tal-forma u l-funzjoni tal-lingwa għall-gost, jieħu bosta suriet, bħall-ħaġa moħġaġa, il-pun, ir-rebus, l-anagramma, u tagħwiġ l-ilsien. F’din it-taħdita Michael Spagnol juri kif ix-xogħol ta’ Julian Mallia (Julinu) jista’ jinftiehem fid-dawl tal-ħafna modi kif nilagħbu b’elementi lingwistiċi differenti, mill-alfabett sal-pronunzja, mit-tifsir sal-grammatika, u kif Julinu jiddakkar minn din l-ambigwità tal-kliem u jsarrafha f’tużżana ravjul radjoattiv.

Julinu’s RadioActive Ravioli #1:

Data u Ħin: L-Erbgħa, 8 ta’ Mejju 2019, 7pm
Post: Spazju Ċ

Din ser tkun l-ewwel minn żewġ diskussjonijiet ta’ Art Additives għall-wirja Julinu’s RadioActive Ravioli.  Għal dan l-avveniment, ser tinħoloq diskussjoni ma’ Francois Zammit u Julian Mallia bħala l-kuratur u l-artist tal-wirja.


Wiki Loves Art 2019

Wiki Loves Art in Malta hija sensiela ta’ attivitajiet bejn Jannar u April 2019 li ddur madwar id-dokumentazzjoni tal-arti ġewwa Malta.  Erba’ attivitajiet ta’ Art Additives li jappoġġjaw id-dokumentazzjoni u l-legat tax-xogħlijiet murija se jkunu qed iseħħu bejn Jannar u April. Dawn se jinkludu workshop ta’ editjar ta’ Wikipedia fis-7 ta’ Frar immexxi minn Dr Toni Sant; sessjoni dwar il-legat li ħalla warajh Gabriel Caruana fit-8 ta’ Frar; sessjoni ta’ diskussjoni fuq li nippreservaw u naċċessaw il-kollezzjoni tal-arti ta’ Fondazzjoni Kreattività fit-13 ta’ Frar; u 2 workshops ta’ Art+Feminism li se jkunu qed jiġu organizzati fi tmiem il-ġimgħa ddedikata għall-Jum Internazzjoni tan-Nisa 2019 nhar it-8 u d-9 ta’ Marzu, immexxija minn skular ta’ Fulbright. Dan il-programm ta’ attivitajiet qiegħed jittella’ flimkien ma’ Wikimedia Community Malta, il-Fondazzjoni M3P, Il-Fondazzjoni Gabriel Caruana, u l-Ambaxxata Amerikana f’Malta.


WIKI LOVES ART 2019: ART FROM THE FONDAZZJONI KREATTIVITÀ COLLECTION – ARTISTIC DIRECTOR’S TOUR

Data u Ħin: Is-Sibt, 9 ta’ Marzu, 11am
Post: Spazju A u Spazju Ċ, Spazju Kreattiv

Ingħaqad mad-Direttur Artistiku ta’ Spazju Kreattiv Toni Sant għal mawra ggwidata b’xejn ta’ 30 minuta ta’ xogħlijiet mill-Kollezzjoni tal-Arti tal-Fondazzjoni Kreattività, li bħalissa jinsabu esibiti fi Spazji A u C fil-Kavallier ta’ San Ġakbu fil-Belt Valletta. Filwaqt li jaqsam informazzjoni u aneddoti interessanti dwar artisti speċifiċi u x-xogħlijiet tagħhom fil-kollezzjoni, Dr Sant se jitkellem ukoll dwar kif il-Fondazzjoni Kreattività tat attenzjoni mill-ġdid lill-kollezzjoni tagħha mill-2015 li se twassal għall-pubblikazzjoni ta’ katalgu komprensiv, li se jiġi ppubblikat fl-2020.

ART + FEMINISM EDIT-A-THON

Dati u Ħinijiet: Il-Ġimgħa, 8 ta’ Marzu 2019 (3.30pm – 6.30pm); Is-Sibt, 9 ta’ Marzu 2019 (10am-4pm)
Post: Spazju A, Spazju Kreattiv

Bħala parti mill-proġett internazzjonali Art+Feminism, Spazju Kreattiv qed tospita editatona wiki biex tgħaqqad flimkien persuni interessati li jitgħallmu dwar kif wieħed jista’ jeditja l-Wikipedia biex joħloq artikli ġodda jew biex itejjeb kontenut eżistenti dwar artisti nisa f’Malta u x-xogħlijiet tagħhom. Din l-attività prattika qed titmexxa minn Dr Toni Sant, u tinkludi l-akkademika minn Fulbright Dr Tracy Prince, u tkun immexxijja mill-WikimediaCommunity Malta u l-Fondazzjoni M3P. Jekk jogħġbok ġib laptop jew tablet miegħek. Biex tirreġistra għal dan l-avveniment jekk jogħġbok imla din il-formola.

Ser ikun hemm programm ta’ taħditiet mill-istorika Dr Tracy Prince, Professur tar-Riċerka f’ Portland State University,  American Indian Teacher Program. Dr Prince għallmet it-Turkija, il-Kanada, u fl-Istati Uniti u qattgħet ammont ta’ żmien l-Ingilterra, l-Awstralja, fl-Afrika t’Isfel u Franza għar-riċerka tagħha.  Kitbet erba’ kotba – Culture Wars in British Literature: Multiculturalism and National Identity, Notable Women of Portland, żewġ kotba storiċi dwar l-Amerika tal-Punent, numru ta’ artikli f’ġurnali akkademiċi, kapitili f’kotba akkademiċi, u artikli dwar l-istorja u l-politika fuq il-ġurnali.

PUBLISHING WOMEN’S STORIES

It-Tlieta, 5 ta’ Marzu, 2pm – 4pm
Post: VC101, ICT Services Building, L-Università ta’ Malta
Waqt din it-taħdita, Prince ser tiffoka fuq l-ippubblikar, kemm ma’ pubblikaturi akkademiċi u tan-negozjar, ta’ kotba, ġurnali, u annotazzjonijiet tal-enċiklopediji, filwaqt li tesponihom fuq verżjonijiet ta’ midja soċjali akkademiċi.

CHANGING THE HISTORIC LACK OF WOMEN’S REPRESENTATION ON WIKIPEDIA  

Il-Ġimgħa, 8 ta’Marzu, 3.30pm – 6.30pm
Spazju A, Spazju Kreattiv
L-istejjer tan-nisa mhumiex rappreżentati biżżejjed fuq Wikipedia, infatti ser inkunu qegħdin naħdmu fuqha, sabiex intejbu dis-sitwazzjoni, waqt din l-editatona. Il- midja soċjali hija għodda tajba oħra sabiex issaħħaħ il-preżenza onlajn tal-artisti nisa, li allura twassal għal rappreżentazzjoni aktar sħiħa fuq Wikipedia. Pinterest huwa l-iktar pjattaforma minsija però verament utli, bħalma huma il-paġni tal-artisti fuq FaceBook, Twitter, Instagram u verżjonijiet tal-midja soċjali akkademiċi. Dawn kollha huma għodda validi sabiex jiġi kkreat kontenut referenzjat biex jintuża fuq Wikipedia.
Din it-taħdita tagħmel parti mill- editatona tal-Wiki: Art + Feminism, fejn ser jiġu ppreżentati wkoll riċerki minn Caroline Tonna (Suor Maria de Dominici), u Letta Shtohryn u Andrew Pace (Early Women Photographers in Malta).

ART RESIDENCIES, FELLOWSHIPS AND FUNDRAISING

It-Tlieta, 12 ta’ Marzu, 7pm
Studjow B, Spazju Kreattiv
Madwar id-dinja hemm ħafna residenzi u skemi ta’ fellowship għal artisti u kittieba li spiss ikunu joffru għajnuna finanzjarja, spazju fejn jaħdmu u opportunitajie ta’ netwerking fuq livell internazzjonali.  Dr Prince ser tkun qed titkellem dwar kif tfittex opportunitajiet bħal dawn kif ukoll dwar kif torganizza ġbir ta’ fondi lejn xogħlok bħala artist.


PRESERVING AND ACCESSING THE FONDAZZJONI KREATTIVITA ART COLLECTION

Dati u Ħinijiet: L-Erbgħa, 13 ta’ Frar 2019, 7pm
Post: Spazju A, Spazju Kreattiv

Fl-2015 il-Fondazzjoni Kreattività bdiet twettaq proġett ta’ riċerka biex tevalwa l-kollezzjoni tal-arti permanenti tagħha b’mod komprensiv, b’attenzjoni partikolari għall-preservazzjoni fit-tul u l-aċċess pubbliku għax-xogħlijiet tal-arti miksuba sa mill-2000. Din is-sena, il-proġett ta’ riċerka huwa inkorporat fi sforz kollaborattiv biex tinkiseb informazzjoni kuntestwali dwar kull biċċa xogħol, sabiex ikun jista’ jsir disponibbli għall-pubbliku katalgu tal-kollezzjoni fl-2020. Din l-attività hija laqgħa pubblika mal-artisti li xogħolhom, li jagħmel parti mill-Kollezzjoni tal-Fondazzjoni Kreattività, bħalissa jinsab esibit bħala parti minn eżerċizzju kontinwu biex jiġu dokumentati xogħlijiet mill-2013-2018 (Spazju A) jew jiġu inklużi f’esibizzjoni tax-xogħlijiet kollha minn artisti nisa fil-kollezzjoni (Spazju Ċ).


WIKI LOVES ART 2019: ART FROM THE FONDAZZJONI KREATTIVITÀ’S COLLECTION – ARTISTIC DIRECTOR’S TOUR

Dati u Ħinijiet: Is-Sibt, 9 ta’ Frar 2019, 11am
Post: Spazju A u Spazju Ċ, Spazju Kreattiv

Ingħaqad mad-Direttur Artistiku ta’ Spazju Kreattiv Toni Sant għal mawra ggwidata b’xejn ta’ 30 minuta ta’ xogħlijiet mill-Kollezzjoni tal-Arti tal-Fondazzjoni Kreattività, li bħalissa jinsabu esibiti fi Spazji A u Ċ fil-Kavallier ta’ San Ġakbu fil-Belt Valletta. Filwaqt li jaqsam informazzjoni u aneddoti interessanti dwar artisti speċifiċi u x-xogħlijiet tagħhom fil-kollezzjoni, Dr Sant se jitkellem ukoll dwar kif il-Fondazzjoni Kreattività tat attenzjoni mill-ġdid lill-kollezzjoni tagħha mill-2015 li se twassal għall-pubblikazzjoni ta’ katalgu komprensiv, li se jiġi ppubblikat fl-2020.


GABRIEL CARUANA LEGACY EDIT-A-THON

Data u Ħin: Il-Ġimgħa, 8 ta’ Frar 2019, 5:30pm
Post: Spazju A, Spazju Kreattiv

Gabriel Caruana (1929-2018) kien pijunier tal-arti moderna f’Malta. Kien attiv matul it-tieni nofs tas-seklu 20 u baqa’ punt ta’ referenza sinifikanti fix-xena tal-arti kontemporanja matul ħajtu. Din l-editatona Wikipedia tkompli minn inizjattiva ta’ Wiki Loves Art li bdiet b’kollaborazzjoni mal-Fondazzjoni Gabriel Caruana fl-2017, bil-għan li taqsam għarfien dwar dan l-artist notevoli bl-aktar lingwi possibbli. Din id-darba, l-editatona tinkludi kollaboraturi, studenti passati, u oħrajn li b’xi mod kienu assoċjati ma’ Gabriel Caruana, b’hekk il-legat tiegħu jkompli jinħass fis-snin li ġejjin.


WIKIPEDIA EDITING WORKSHOP, IMMEXXIJA MINN DR TONI SANT

Data u Ħin: Il-Ħamis, 7 ta’ Frar 2019, 5.30pm
Post: Spazju A, Spazju Kreattiv

Dan il-workshop se jinkludi sessjoni ta’ informazzjoni dwar kif Wikipedia u t-teknoloġija wiki qed jintużaw biex jiddokumentaw ix-xena tal-arti f’Malta. B’kollaborazzjoni mal-Wikimedia Community Malta u l-M3P Foundation, Dr Toni Sant se jispjega kif il-wikis qed jintużaw għall-katalogu ta’ xogħlijiet tal-arti u wirjiet, u kif il-Wikipedia tista’ taġixxi bħala enċiklopedija kollaborattiva ta’ bijografiji u tax-xogħlijiet tal-artisti li se tippreżerva l-legat tagħhom f’terminu twil.  Jekk jogħġbok, ġib miegħek laptop jew tablet.


SHIFTING CONTEXTS

Data u Ħin: Il-Ħamis, 17 ta’ Jannar 2019, 6.30 pm
Post: Spazju A, Mkejjen A u B, Spazju Kreattiv
Dħul b’xejn

10 artisti żgħażagħ qed jipparteċipaw f’ Shifting Contexts – Esebizzjoni ta’ arti kollettiva bi stedina lill-udjenza sabiex jesploraw kif it-tema magħżula ‘Rilokazzjoni’ ġiet ippreżentata f’diversi forom artistiċi. Waqt iċ-ċerimonja tal-għeluq, immexxija mill-kuratur Trevor Borg, l-artisti ser ikunu qed jitkellmu fuq ix-xogħol tagħhom u kif allaċċaw it-tema ġenerali mal-forma espressiva li użaw.

Wara din il-preżentazzjoni, ser issegwi ċerimonja għall-artist/i rebbieħa.

Shifting Contexts hija esebizzjoni ta’ arti kollettiva maħluqa u organizzata minn Aġenzija Żgħażagħ u Spazju Kreattiv b’appoġġ minn Valletta 2018 u ser tibqa’ miftuħa sal-20 ta’ Jannar 2019.


AN EVENING WITH PHOTOGRAPHER DAVID PISANI: VANISHING VALLETTA

Dati u Ħin: L-Erbgħa, 16 ta’ Jannar 2019, 7pm
Post: Spazju C, Spazju Kreattiv
Dħul b’xejn

Sessjoni informali ta’ Q&A mal-fotografu David Pisani fi Spazju Kreattiv, fejn bħalissa qed jesibixxi xogħolu VANISHING VALLETTA; kollezzjoni ta’ 192 biċċa ta’ arti fotografika li jiddokumentaw ‘il-Belt Valletta bejn l-1982 u l-2011.  Ser tkun opportunità fejn tista’ tiltaqa’ mal-artist ewlieni f’dan il-proġett, issir taf xi stejjer wara uħud mir-ritratti jew tiddiskuti kwistjonijiet relatati mal-Belt jew il-Port il-Kbir.


NOT JUST THE CITY – ARTISTS’ RESIDENCIES PANEL DISCUSSION & EXHIBITION TOUR

Data u Ħin: It-Tlieta, 15 ta’ Jannar, 2019, 7pm
Post: Studjow B u Spazju B, Spazju Kreattiv
Dħul b’xejn

Issa li l-programm tal-Artisti Residenti li sar b’kollaborazzjoni bejn il-Fondazzjoni Valletta 2018 u l-Fondazzjoni Kreattivitá wasal fi tmiemu u miegħu jinsab f’salib it-toroq ukoll l-istaġun tar-residenzi, Spazju Kreattiv qed jistieden lill-pubbliku ġenerali għal laqgħa miftuħa fejn se jiġu diskussi l-programmi Nazzjonali tal-Artisti Residenti. Dan l-avveniment jistieden il-pubbliku biex jipparteċipa wkoll fit-tour tal-wirja attwali “Not Just The City – Documenting the Gozo Residencies” li qed iseħħ fl-Ispazju B, Spazju Kreattiv.

Id-Direttur Artistiku tal-Ispazju Kreattiv Dr Toni Sant, il-Manager tal-Valletta Design Cluster Caldon Mercieca u il-Koordinatriċi tal-AIR għall-Valletta 2018 Ann Laenen se jiddiskutu l-Artists’ Residency Project f’Malta, l-impatt ta’ dan il-proġett fuq tliet snin u l-wirt tal-programmi Nazzjonali tal-Artisti Residenti. Il-pubbliku ġenerali jkun jista’ jiġbor informazzjoni u jieħu sehem fid-diskussjoni.

Ser jkun hemm ikel u xorb waqt id-diskussjoni.


KANTAKANTUN BIEB BIEB

Data u Ħin: L-Erbgħa, 28 ta’ Novemberu 2018, 7pm
Post: Spazju A, Spazju Kreattiv
Prezz: Dħul b’xejn
Kelliema: Alex Vella Gregory & Charlo Briguglio ( Ikkreaw il-Proġett ), Roderick Camilleri, Ritty Tacsum, Sarah-Marie Scicluna, Elisa von Brockdorff (artisti) Lisa Gwen Baldacchino (kuraturi)

Diskussjoni dwar l-iżvilupp tal-proġett u l-proċess ta’ kif il-mużika u l-arkitettura ġew amalgamati mal-arti viżiva


NARRATING EXILE: HISTORY AND MEMORY IN DISPLACEMENT

Data u Ħin: Il-Ħamis, 25 ta’ Ottobru 2018, 7pm
Post: Studjow B, Spazju Kreattiv
Prezz: Dħul b’xejn

Id-diskussjoni ser tkun qed tiffoka fuq kif jaħdmu l-ispostamenti fl-ambitu fejn hemm eżilju t’individwi. Permezz tal-argument mir-riċerka ta’ Marie-Caroline Saglio-Yatzimirsky ser jiġi muri kif l-istess qsim mill-fruntieri huwa relevanti biex tiġi strutturata memorja tal-eżilju. Id-diskussjoni ser titratta wkoll l-irwol importanti tal-Arkivju tal-Memorja tal-Migranti.

Alessandro Triulziser jispjega kif l-arkivju, li beda bħala sistema ta’ tagħlim informali minn narrazzjonijiet tal-istess migranti, eventwalment kiber f’esperiment, f’vidjow ta’ parteċipazzjoni u qsim ta’ memorji, bl-għan li tingħata importanza lill-vuċijiet tal-istess migranti u sabiex is-soċejta’ Taljana tiġi mogħnija tikkonfronta il-bidla mgħaġġla tal-identita’ minn mono-kultura għal multi- u inter-kultura mħallta.

Minn naħa tiegħu David Zammit, ser jiffoka r-releazzjoni ambivalenti tas-suġġett li joħorġu f’kuntest post-kolonjali bħal dak ta’ Malta, hekk kif espress dokumenti ta’ letteratura storiċi u ta’ letterarji u storiċi.

The event is part of the exhibition to be [defined], Main staircase and Space C. With David Zammit (University of Malta), Marie-Caroline Saglio-Yatzimirsky (Inalco, Paris), Alessandro Triulzi (AMM, Rome). Virginia Monteforte (curator); Kristina Borg (exhibition designer); Alexandra Galitzine-Loumpet (cultural advisor). The exhibition is part of Spazju Kreattiv programme and Valletta 2018 programme.