Art Additives hija serje ta’ taħditiet, workshops u laqgħat li ġew żviluppati madwar il-programm kontinwu ta’ Spazju Kreattiv.
Art Additives huma avvenimenti b’xejn fejn nies minn kull qasam tal-ħajja jistgħu jkomplu jew jibdew jesploraw l-interessi tagħhom fl-arti b’mod ġenerali. Dawn l-avvenimenti huma wkoll opportunità għall-viżitaturi biex jinvolvu ruħhom ma’ artisti, kuraturi, edukaturi u prattikanti fis-settur kreattiv f’ambjent rilassat u informali. L-għan ta’ dawn l-avvenimenti huwa li jinħolqu diskussjonijiet dwar suġġetti topiċi fid-dinja tal-arti u lil hinn, kif ukoll biex in-nies ikunu jistgħu verament isiru jafu l-proċessi involuti fil-ħolqien ta’ proġetti artistiċi.