MPO Series – Concert 1

- This event has passed.

MPO Series – Concert 1
Data u ħin
L-Erbgħa 27 ta’ Ottubru 2021, 8pm
L-MPO jirritorna għal Spazju Kreattiv b’kunċert ta’ mużika chamber.
L-Oboe Quartet ta’ Mozart ġie miktub għall-oboist virtuouso Friedrich Ramm, biex turi l-avvanz fil-kapaċitajiet tekniċi tal-istrument.
Fil-Piano Quartet ta’ Turina tispikka l-influwenza tal-Andalusija, b’passaġġi melodiċi bi ħjiel misterjuż. Il-cante jondo, li joriġina min-naħa t’isfel ta’ Spanja jistabilixxi l-istruttura tax-xogħol, u jidher f’bosta movimenti waqt li jagħti il-forma ċiklika tal-komposizzjoni.
Miktub fl-1971, l-aħħar xogħol jippreżenta kombinazzjoni ta’ strumenti b’mod li mhux konvenzjonali, f’sensiela ta’ movimenti b’xeħta ta’ logħob, apparti it-tieni u r-raba’ parti li huma iktar espressivi u riflettivi inspirati minn Pariġi.
Il-kunċert huwa ppreżentat b’kollaborazzjoni ma’ Spazju Kreattiv.
Tim Kreattiv
Jenny Melville: Oboe u Cor Anglais
Inmaculada Muñoz Salgüero: Vjolin
Mateusz Kùzma: Viola
Yaroslav Miklukho: Cello
Julia Miller: Pjanu
Il-patruni kollha li se jattendu avvenimenti fi Spazju Kreattiv għandhom jippreżentaw ċertifikazzjoni tal-vaċċin fil-punt tad-dħul tagħhom.
Informazzjoni fuq il-Biljetti
Informazzjoni fuq il-Post