Loading Events

« All Events

  • This event has passed.

27 Times Cinema – Opportunità għal żgħażagħ li jħobbu l-films

6 February 2020 - 2 June 2020

27 TIMES CINEMA qed tistieden 27 żgħażagħ Ewropej entużjasti tal-films biex jattendu l-Film Festival ta’ Venezja 2020 bħala Membri tal-Ġurija fl-għażla tal-Giornate degli Autori. Dan jintitola lill-applikanti magħżula għal biljett ta’ titjira lejn Venezja inkluż akkomodazzjoni u akkreditazzjoni tal-festival.

Spazju Kreattiv intgħażel bħala l-entità uffiċjali responsabbli mill-għażla tal-kandidati rilevanti li jirrappreżentaw il-Gżejjer Maltin.

Jekk int dilettant taċ-ċinema u għandek bejn it-18 u l-25 sena, titkellem b’mod fluwenti bl-Ingliż, tħobb tikteb u għandek ħiliet tajbin ta’ komunikazzjoni, allura din hija s-sejħa għalik!

Imla l-formola tal-applikazzjoni online sa nhar it-Tlieta 2 ta’ Ġunju 2020. Malli l-applikazzjoni tiġi sottomessa, se tirċievi kopja tal-formola tal-applikazzjoni tiegħek permezz ta’ email u din għandek tgħaddi kopja tagħna lill- [email protected]

Fl-istess email, ibat ukoll video selfie permezz ta’ link fejn tispjega “xi jfisser iċ-ċinema għalik” u l-introduzzjoni ta’ dan l-istess video għandħa tkun “Iċ-ċinema għalija hija …” u jekk jogħġbok kun kreattiv! Jekk tixtieq, agħti ħarsa lejn is-sit ta’ s-sit ta’ Vimeo ta’ Europa Cinemas sabiex tara xi eżempji minn tas-sena li għaddiet.

Ħerqanin sabiex nirċievu l-applikazzjonijiet tiegħek!

Kredits tar-ritratti: Kamil Klamut

Dettalji

Bidu:
6 February 2020
Tmiem:
2 June 2020
Event Category:
Event Tags:

Other

Cert 18 - 25
Language Ingliż
Keywords film youth opportunity
Creative Team Spazju Kreattiv, Europa Cinemas - 27Times Cinema
With the participation of LUX Prize, Giornate degli Autori