Sejħa għall-Applikazzjonijiet: 28 Times Cinema 2018

Loading Events

« All Events

  • This event has passed.

Sejħa għall-Applikazzjonijiet: 28 Times Cinema 2018

4 June 2018 - 11 June 2018

Sejħa għall-Applikazzjonijiet: 28 Times Cinema 2018
Jekk int żagħżugħ lokali u tħobb iċ-ċinema, u lest li taħtaf opportunità tad-deheb fil-qasam tal-festivals, mela 28 Times Cinema magħmula apposta għalik!

Bħala membru attiv tal-Europa Cinemas Network, Spazju Kreattiv qed issejjaħ lil persuni midħla tal-films tal-età ta’ bejn it-18 u l-25 biex japplikaw biex ikunu Ambaxxaturi ta’ Malta għal Giornate Degli Autori fil-Festival tal-Films ta’ Venezja għad-9 edizzjoni ta’ 28 Times Cinema.

Dwar l-Inizjattiva 28 Times Cinema
Din l-inizjattiva unika maħluqa mill-Parlament Ewropew, il-LUX Prize u l-Venice Days (Giornate Degli Autori), toffri ċ-ċans lil 28 persuni li jħobbu ċ-ċinema (partiċipant wieħed għal kull stat membru tal-Unjoni Ewropea) li jkunu Membru tal-Ġurija fil-Giornate degli Autori fil-prestiġjuż Festival tal-Films ta’ Venezja 2018.

L-applikant magħżul se jirrappreżenta lil Malta bħala Ambaxxatur għall-Festival bejn it-Tlieta 28 ta’ Awwissu u l-Ħadd 9 ta’ Settembru 2018.

X’benefiċċji hemm għall-Ambaxxatur magħżul?
Il-Parlament Ewropew se jorganizza u jkopri l-ispejjeż tal-akkomodazzjoni u l-ivvjaġġar għat-tul tal-avveniment (13-il ġurnata) filwaqt li Europa Cinemas se jipprovdu per diem. Bħala Membru tal-Ġurija għall-films li se jikkompetu għall-għażla ta’ Venice Days, ikollok ukoll aċċess ta’ prijorità għall-wirjiet kollha ta’ Venice Days.

L-Ambaxxatur magħżul se:

  • Jkun preżenti f’Venezja qabel il-bidu tal-festival minn nhar it-Tlieta 28 ta’ Awwissu sal-Ħadd 9 ta’ Settembru 2018 (dati proprji tal-festival huma d-29 ta’ Awwissu sat-8t ta’ Settembru),
  • Jkun membru tal-ġurija għall-films li se jikkompetu għal Giornate degli Autori, jara l-films kollha ppreżentati fil-Giornate degli Autori (madwar 15) u l-kompetizzjoni LUX Prize 2018. Akkreditazzjoni tal-festival (li tagħti aċċess ta’ prijorità għal wirjiet tal-Giornate degli Autori) se tiġi pprovduta,
  • Jipparteċipa f’diskussjonijiet “round table” u dibattiti ma’ diretturi tal-films u mistiedna oħra,
  • Jikkontribwixxi għal blog, li se jkun żviluppat speċifikament għal din l-attività,
  • Jikteb postcard ta’ kuljum għan-netwerks soċjali ta’ Europa Cinema,
  • Jkun Ambaxxatur attiv għal-Lux Film Prize matul l-attivitajiet organizzati wara Venezja fil-pajjiż tiegħu jew tagħha.

Kif tapplika
Applikanti għandu jkollhom bejn it-18 u l-25 sena. Applikanti għandhom jissottomettu żewġ oġġetti lil Spazju Kreattiv sal-11 ta’ Ġunju 2018.

  1. Imla l-formola tal-applikazzjonijiet, u ssottomettiha lil [email protected] bit-titolu tas-suġġett 28 Times Cinema.
  2. Oħloq selfie f’forma ta’ vidjow li fih tispjega xi jfisser għalik iċ-ċinema, u ibda billi tgħid “Cinema for me is…”. Il-vidjow tiegħek għandu jkun twil 30 sekonda, jinkludi ismek u l-pajjiż ta’ oriġini tiegħek, ikun rekordjat bl-Ingliż, u jkun HD b’riżoluzzjoni1920 x 1080 resolution. (Ara l-kanal ta’ Vimeo ta’28 Times Cinema għal eżempji mill-2017). Ibgħatilna ħolqa Wetransfer mal-vidjow tiegħek fl-email ta’ applikazzjoni tiegħek.

Data ta’ Skadenza tal-Applikazzjonijiet: Ibgħat l-applikazzjonijiet tiegħek sa nofsinhar ta’ nhar it-Tnejn 11 ta’ Ġunju, 2018.

Dettalji

Bidu:
4 June 2018
Tmiem:
11 June 2018
Event Categories:
, ,

Venue

Lil hinn