ABOUT ORDER

- This event has passed.
ABOUT ORDER
Il-wirja ABOUT ORDER (Dwar l-Ordni) mill-artisti Sandra Contreras, Anette Kuhn, Sabine Linse, Mariel Poppe, Héctor Velázquez Guitérrez u María Tello tadotta frammenti tal-istorja kulturali Maltija u d-dinamika tagħhom.
Sa mill-1991, il-membri tal-Grupp ta’ Artisti ta’ Berlin esibixxew ix-xogħol artistiku tagħhom flimkien f’diversi kostellazzjonijiet dejjem jinbidlu. Il-kollaborazzjonijiet tagħhom huma kkaratterizzati minn riflessjonijiet komuni ta’ suġġetti filosofiċi, materjali artistiċi u modi ta’ produzzjoni differenti. ABOUT ORDER tiżviluppa relazzjonijiet li qabel kienu magħrufa u punti ta’ kuntatt interkulturali bejniethom. Permezz ta’ dawn l-interazzjonijiet, inħoloq Palimpsest misterjuż, komparabbli ma’ ktieb prezzjuż b’kitbiet fuq kitbiet enigmatiċi. Il-viżitaturi tal-wirja se jieħdu gost bil-preżenza tas-sbuħija u l-kwalità tal-materjal tal-opri individwali tal-arti.
ARTISTI
Sandra Contreras, Anette Kuhn, Sabine Linse, Mariel Poppe, Héctor Velázquez Guitérrez u María Tello
KURATRIĊI
Verena Voigt
IFFINANZJAT MINN
Berlin Senate Department for Culture and Europe, German-Maltese Circle, Valletta u Frank-Basten-Stiftung, Leipzig.
Informazzjoni fuq il-Biljetti
Informazzjoni fuq il-Post
Art Additives
16 ta’ Ottubru 2020, 7pm
Għall-ewwel sessjoni ta’ Art Additives, parti mill-programm 2020/21 ta’ Spazju Kreattiv, id-diskussjoni ser timrah fuq id-dinamika tal-Berlin Artists Group liema xogħlijiet jikkostitwixxu ABOUT ORDER u ser tkun kondotta mill-istoriku, ġurnalista u kuratriċi ta’ ABOUT ORDER, Verena Voigt.
Iċċentrata mas-suġġett tal-ordni tal-istrutturi li hija propju t-tema prinċipali ta’ din l-esebizzjoni, id-diskussjoni ser tesplora wkoll l-idea tal-kitba żejda (overwriting). ‘Il-kitba ż-żejda’ tiġi perċepita bħala l-ħolqien ta’ tip ta’ manuskritt użat għall-elf darba marbut man-narrativa personali li teżisti u tinsab f’kull artist. Matul din id-diskussjoni, l-artisti li ser jiġu minn Berlin ser jesploraw il-frammenti tal-istorja tal-kultura Maltija skont iż-żmien u d-dinamika tagħha, u din ġiet adottata f’ordni biex tinħoloq l-esebizzjoni ABOUT ORDER.
Is-sessjoni ABOUT ORDER ser tiġi mxandra live fuq facebook.com/spazjukreattiv/
Programm ta’ Outreach │ Curator & Artists’ Talks
Minbarra l-eżebizzjoni nnifisha, nistiednu wkoll lill-pubbliku biex jingħaqad mal-artisti u l-kuratriċi għal tours u diskussjonijiet dwar din il-wirja. 12-il persuna biss jistgħu jattendu f’kull avveniment. Min hu interessat jista’ jirreġistra online billi jibgħat email lil [email protected]
Ir-reġistrazzjoni tagħlaq sa nofsinhar il-ġurnata ta’ qabel kull avveniment.
Il-Ħadd 6 ta’ Diċembru, 2020
3:00-4:00 pm: Intervista ma’ l-artisti bl-Ingliż
ma’ Sandra Contreras, Mariel Poppe, Héctor Velázquez Gutiérrez
Moderata minn Verena Voigt M.A.
4:30-6:00 pm: Intervista ma’ l-artisti bil-Ġermaniż
Moderata minn Marie Christin Pieper u Anthonia Schultheis (Diploma fl-istudji tad-Disinn, Dipartiment tal-Arti Viżwali, Fakulta tal-Ambjent Mibni, l-Universita’ ta’ Malta).