Action Planet Speakers Series
- This event has passed.
Action Planet Speakers Series
23 February 2018 - 10 March 2018
Malta’s Changing Waters
Dati u Ħinijiet: Il-Ġimgħa, 23 Frar 2018, 7.00 pm – 10.00 pm
Venue: Ċinema (Kavallier ta’ San Ġakbu)
Prezz: Dħul b’xejn imma l-postijiet huma limitati
Il-bijoloġista tal-baħar Prof. Alan Deidun mid-Dipartiment tal-Ġeoxjenzi fl-Universita’ ta’ Malta se jingħaqad ma’ Daniel De Castro mill-Akkwarju Nazzjonali biex jaqsmu magħna l-isfidi li qed inħabbtu wiċċna magħhom ta’ kuljum fl-ibħra Maltin, u jsemmu xi soluzzjonijiet li huma possibbli. Tixtieq tieħu azzjoni biex issalva l-ibħra Maltin? Ejja ngħaqad magħna biex tkun taf kif. Alan Deidun se jiftaħ is-serata bi stampi qawwija mir-riċerka tiegħu ta’ taħt il-baħar. Huwa se jkompli jibni fuq il-konferenza Our Ocean u fis-serata se jintwerew 3 apps ġodda: Invasive Fish Species, Spot the Jellyfish u l-Big Fish Project, li saru mill-istudenti tal-Action Planet tal-MCAST.
Sustainable Business – Talk and Workshop
Dati u Ħinijiet: Il-Ħamis, 8 Marzu 2018, 6.00 pm – 9.00 pm
Post: Studjow B (Kavallier ta’ San Ġakbu)
Prezz: Dħul b’xejn imma l-postijiet huma limitati
Il-kelma ‘sostenibbiltà’ llum qiegħda fuq fomm kulħadd: l-industrija tan-negozju, il-konsumaturi, il-leġiżlazzjoni u l-awtorità li tmexxi għal tul ta’ żmien qegħdin ilkoll ifittxu sistemi ġodda ta’ sostenibbiltà. Għal dan l-avveniment huma mistiedna negozji kbar u żgħar, biex jingħaqdu magħna biex jiksbu għarfien u jispiraw ruħhom b’ideat u eżempji ta’ mudelli ta’ negozji sostenibbli li kisbu suċċess. Din l-attività, li se tinkludi taħdita u workshops, se tgħin lin-negozji biex ikollhom miri ċari u sostenibbli u tidderiġihom fl-ewwel passi lejn viżjoni fit-tul tan-negozji tagħhom f’dak li jirrigwardja fatturi ekonomiċi, soċjali u ambjentali. Nirrakkomandawk li tattendi għal din l-attività jekk tixtieq ġejjieni sostenibbli għan-negozju tiegħek.
How to Reduce your Bills
Dati u Ħinijiet: Is-Sibt, 10 Marzu 2018, 7.00 pm – 10.00 pm
Post: Studjow B (Kavallier ta’ San Ġakbu)
Prezz: Dħul b’xejn imma l-postijiet huma limitati
It-tifdil tal-flus id-dar huwa eħfef milli taħseb! Esperti fil-qasam tat-tnaqqis tal-iskart, fl-enerġija, fl-ilma u fl-għajxien sostenibbli se jingħaqdu flimkien biex iwasslulek għajnuniet kif tiffranka l-flus mill-kontijiet u tbiddel darek f’waħda aktar sana, effiċjenti u sostenibbli.
Ħafna drabi jiġri li ma nkunux nafu x’passi rridu nieħdu u kif nistgħu nġibu l-bidliet meħtieġa. Din it-taħdita prattika, mimlija pariri u soluzzjonijiet faċli biex timplimentahom, se tagħtik l-għodda f’idejk biex twettaq bidliet sempliċi, iżda daqstant ieħor effettivi. Se jkollok l-opportunità biex tistaqsi u tikkuntattja direttament lil uħud mill-aqwa speċjalisti f’Malta. Żgur li huwa mod tajjeb kif tqatta’ l-waranofsinhar!