Action Planet Workshops (Pubbliku Ġenerali)

Loading Events

« All Events

  • This event has passed.

Action Planet Workshops (Pubbliku Ġenerali)

3 March 2018 - 4 March 2018

€5 – €10

Good for You, Good for Your Home, Good for the Planet

Dati u Ħinijiet: Is-Sibt, 3 Marzu 2018, 11AM – 12:30PM (BILJETTI MIBJUGĦIN)
Prezz: €6.50, tfal €5, familja €10
Post: 
Studjow A, Spazju Kreattiv

Tixtieq jew tipprova tkun konsumatur u ċittadin responsabbli? Taħdem biex uliedek jaddottaw din l-attitudni? Jekk mhux diġa’ tagħmilha, tixtieq tevita l-ħela tal-ikel u l-użu eċċessiv ta’ kimiċi ġewwa d-dar? Ingħaqqad magħna għal dan il-workshop fejn flimkien ma’ uliedek ikollok l-opportunità biex tiskopri metodi kreattivi ta’ kif tagħmel użu mill-fdal tal-ikel, kif ukoll modi ta’ kif tista’ tuża ingredjenti naturali biex toħloq prodotti għat-tindif.

Workshop minn Studenti tal-aħħar sena tal-kors B.Ed (Hons) Nutrizzjoni, Familja u Studji tal-Konsumatur fl-Università ta’ Malta.

 

The Green Knight Puppet Making workshop

Dati u Ħinijiet: Il-Ħadd, 4 Marzu 2018, fil-2PM – 3:30PM
Prezz: €6.50, tfal €5, familja €10
Post: 
Studjow A, Spazju Kreattiv

Ejja u ltaqa’ mal-puppaz Green Knight u skopri metodi kreattivi ta’ kif tista’ toħloq il-pupazz uniku tiegħek billi tagħmel użu minn materjal irriċiklat. Wara ftit eżempji u ħin ta’ għajnuna, kulħadd ikollu ċ-ċans biex jippreżenta l-pupazz tiegħu fuq il-palk. Attivita’ ta’ pjaċir għall-familja kollha!

Materjali li għandhom jinġiebu mid-dar: Kif tixtieq li jkun jidher il-pupazz tiegħek? Ġib miegħek affarijiet li jistgħu jkunu utli biex tagħmel il-pupazz tiegħek! Kalzetti kemxejn użati, boroż tal-karti, buttuni, ħjut, rollijiet tal-karti, eċċ. 

Tfal ta’ età żgħira jistgħu jattendu biss fil-preżenza ta’ adult responsabbli minħabba li ċertu għodda u materjali jaf ikunu ċkejkna u ta’ periklu.

Workshop minn Robin Pinkston

Dettalji

Bidu:
3 March 2018
Tmiem:
4 March 2018
Prezz:
€5 – €10
Event Categories:
,
http://ticketenginex.kreattivita.org?eventname=Action+Planet+Workshops

Venue

Studjows
Kavallier ta' San Ġakbu
Pjazza Kastilja, Il-Belt Valletta VLT1060 Malta
Numru:
356 21223200

Other

Cert 7+
Language Ingliz
Keywords Ambjent, Workshop, Familja
Creative Team Fiona Hornstein, Kristina Borg, Nunzia Martiello, Robin Pinkston
With the participation of L-Università ta’ Malta, Birdlife