Afire

- This event has passed.

Afire
One event on 30 Awissu 2023 at 7:30 pm
One event on 3 Settembru 2023 at 6:00 pm
One event on 7 Settembru 2023 at 7:30 pm
One event on 8 Settembru 2023 at 6:00 pm
One event on 16 Settembru 2023 at 6:00 pm
One event on 17 Settembru 2023 at 8:30 pm
Ħin u Data:
Is-Sibt, 26 ta’ Awwissu, 2023 fis-6.00pm
L-Erbgħa, 30 ta’ Awwissu, 2023 fis-7.30pm
Il-Ħadd, 3 ta’ Settembru, 2023 fis-6.00pm
Il-Ħamis 7 ta’ Settembru 2023 fis-7.30pm
Il-Ġimgħa, 8 ta’ Settembru, 2023 fis-6.00pm
Is-Sibt, 16 ta’ Settembru, 2023 fis-6.00pm
Il-Ħadd, 17 ta’ Settembru, 2023 fit-8.30pm
L-aħħar film ta’ Christian Petzold, li kien f’kompetizzjoni fil-Festival tal-Films ta’ Berlin ta’ din is-sena, jiżvolġi bħal ħraffa moderna, mimli sens ta’ għaġeb traxxendenti mhux familjari mix-xogħol preċedenti tiegħu.
Leon (Thomas Schubert), awtur li jingħaqad mal-ħabib tiegħu Felix (Langston Uibel) fi vjaġġ lejn id-dar, il-villaġjatura tiegħu ħdejn il-Baħar Baltiku. Dan huwa ċ-ċans ta’ Leon biex jiċċara moħħu u jtemm ir-rumanz li jmiss tiegħu fil-paċi; iżda, għas-sorpriża tiegħu, id-dar hija diġà okkupata meta jaslu. Is-sabiħa Nadja (Paula Beer) qed toqgħod hemm għas-sajf u tispiċċa distrazzjoni mhux mixtieqa għal Leon, li jieħu x-xogħol tiegħu (u lilu nnifsu) bis-serjetà ħafna. Felix u Nadja malajr isiru ħbieb u jsibu ruħhom jaqsmu aktar minn sempliċi ħajja ħielsa u mimlija gost. Waqt li jgawdu sajf bla ħsieb, Leon isir dejjem aktar skonċert u jgħir mill-frivolità tagħhom. Sadanittant, hekk kif ix-xwiek, it-tensjonijiet u d-drammi tagħhom jikkalmaw, nirien fil-foresti jinqalgħu madwarhom b’ diżastru imminenti.
Kummentarju umoristiku dwar l-artisti u r-relazzjonijiet li jistħarreġ b’mod intelliġenti u poetiku, l-kriżi tar-rakkont ta’ stejjer quddiem il-kriżi tal-klima, Afire jistaqsi kif nistgħu nirrakkontaw u nsibu tifsira f’ħajjitna fi sfond ta’ periklu eżistenzjali.
Informazzjoni fuq il-Biljetti
Informazzjoni fuq il-Post
Informazzjoni Addizzjonali