Amadeus (4K Restoration)

Amadeus (4K Restoration)
L-ewwel darba f’aktar minn 20 sena li l-film rebbieħ ta’ tmien Academy Awards Amadeus qed jerġa’ jintwera fis-swali taċ-ċinema
Ir-restawr f’4K tal-verżjoni teatrali tal-1984, issorveljat mill-akkademja u l-produttur Paul Zaentz, tlesta fir-rebbiegħa tal-2024 biex ifakkar l-40 anniversarju mill-ewwel ħarġa tiegħu.
Wolfgang Amadeus Mozart (Tom Hulce) huwa kompożitur żagħżugħ u b’talent straordinarju minn Vjenna, li bla ma jinduna jsib ruħu f’kompetizzjoni qalila ma’ Antonio Salieri (F. Murray Abraham), kompożitur dixxiplinat u determinat. Salieri, raġel profondament reliġjuż, jibda jobgħod lil Mozart – kemm għall-istil ta’ ħajja edonistika tiegħu kif ukoll għat-talent inkontestabbli tiegħu – u bil-mod il-mod jinqabad f’nassa ta’ għira li twasslu għall-ossessjoni bil-waqgħa ta’ Mozart. Dan iwassal għal pjan moħmi u perikoluż b’konsegwenzi traġiċi għaż-żewġ irġiel.
Rebbieħ ta’ xejn inqas minn tmien Oscars®: L-Aqwa Film, L-Aqwa Direttur, L-Aqwa Attur, L-Aqwa Skript, L-Aqwa Direzzjoni Artistika, L-Aqwa Disinn tal-Kostumi, L-Aqwa Makeup, u L-Aqwa Ħoss.
“L-ewwel erba’ minuti ta’ Amadeus ta’ Milos Forman – jiġifieri l-parti tal-credits – fihom aktar drama u patos minn dak li jirnexxielhom joħolqu ħafna diretturi f’120 minuta sħaħ”
The Guardian
Informazzjoni fuq il-Biljetti
Informazzjoni fuq il-Post