American Fiction

Loading Events
  • This event has passed.

American Fiction

3 Marzu 2024 @ 5:00 pm
|Recurring Event (See all)

One event on 3 Marzu 2024 at 5:00 pm

One event on 6 Marzu 2024 at 5:00 pm

One event on 10 Marzu 2024 at 2:00 pm

Data u Ħin:

Is-Sibt, 2 ta’ Marzu, 2024, 7.30pm
Il-Ħadd, 3 ta’ Marzu, 2024, 5.00pm
L-Erbgħa, 6 ta’ Marzu, 2024, 7.30pm
Il-Ħadd, 10 ta’ Marzu, 2024, 2.00pm


Jeffrey Wright se jieħu sehem f’“American Fiction”, l-adattament ta’ Cord Jefferson ta’ “Erasure” ta’ Percival Everett – kummiedja sfaċċata dwar il-komodifikazzjoni ta’ vuċijiet emarġinati u ritratt ta’ artist imġiegħel jeżamina mill-ġdid l-integrità tiegħu.

Thelonious “Monk” Ellison (Wright) huwa awtur rispettat u professur tal-letteratura Ingliża. Iżda n-nuqqas ta’ paċenzja tiegħu lejn is-sensittivitajiet kulturali tal-istudenti tiegħu qed thedded il-qagħda akkademika tiegħu. Dan ikun qed jiġri filwaqt li l-aħħar rumanz tiegħu jonqos milli jattira lill-pubblikaturi, li jsostnu li l-kitba ta’ Monk “ma tirrappreżentax lin-nies ta’ karnaġġjon skura biżżejjed.” Huwa jivvjaġġa lejn belt twelidu ta’ Boston biex jipparteċipa f’festival letterarju fejn għajnejn in-nies huma kollha fuq l-awtur li għall-ewwel darba kiteb l-iktar ktieb mibjugħ bit-titlu We’s Lives In Da Ghetto, ktieb li Monk iqis bħala wieħed li jakkomoda lill-qarrejja li qed ifittxu stejjer sterjotipiċi dwar il-miżerja tan-nies b’karnaġġjon skura. Sadanittant, il-familja ta’ Monk tesperjenza traġedja u ommu, li hija marida, għandha bżonn livell ta’ kura li la hu u lanqas ħuh, in-nagħġa s-sewda tal-familja, (Sterling K. Brown) ma jistgħu jaffordjaw.

Lejl wieħed, b’dispett, Monk ifassal rumanz taħt psewdonimu, My Pafology, li jinkorpora kull cliché fuq il-persuni b’karnaġġjon skura li wieħed qatt jista’ jimmaġina. L-aġent tiegħu jissottomettih lil pubblikatur ewlieni li immedjatament joffri l-akbar ammont ta’ flus li qatt ra Monk. Hekk kif ir-rumanz jibda jiġi stampat u Hollywood tibda tiġri warajh, Monk irid iqis l-identità li vvinta hu stess. Adattat mir-rumanz “Erasure” ta’ Percival Everett, dan id-debutt ta’ Cord Jefferson bħala direttur huwa riċeviment divertenti ħafna tal-għatx tagħna għall-hekk imsejħa awtentiċità. B’parteċipazzjoni stellari ta’ Issa Rae u Erika Alexander u b’sensiela ta’ cameos awdaċi, “American Fiction” hija riflessjoni f’waqtha dwar il-finzjonijiet li ngħidu lilna nfusna dwar ir-razza, il-progress u l-komunità.

Informazzjoni fuq il-Biljetti

Adulti
€8
Konċessjonijiet
€7
Tfal
n/a
Cinema Club Members
n/a
Konċessjonijiet jinkludu studenti, persuni bil-karta anzjan u Special ID holders (SID)

Informazzjoni fuq il-Post

Ċinema ta’ Spazju Kreattiv

Kavallier ta' San Ġakbu, Pjazza Kastilja
Valletta, Malta

Informazzjoni Addizzjonali

Tul ta' Ħin
1h 57m
Ċert
15
Lingwa
English
: