An Evening With ĠENN – Music Series

- This event has passed.
An Evening With ĠENN – Music Series
Għal band li isimha ħaditu mill-kelma Maltija għall-ġenn, ĠENN jikbru fost il-koas. Il-kantanta tal-band, Leona Farrugia, tgħid b’daħka li “Il-ġenn jiġri warajna”, fejn hawnhekk hi kienet qed tirreferi għall-istorja kkulurita tal-kwartett, li s’issa inkludiet serq, tilwim legali, kollaborazzjonijiet fuq distanzi twal, u tliet membri tal-band li marru joqogħdu Brighton. Il-kitarrista, Janelle Borg, taqbel ma’ dan. “[ĠENN] seta’ kien grupp ta’ appoġġ, iżda ddeċidejna li minflok, nagħmlu l-mużika”.
Bejn il-ħruġ tal-EP b’sitt tracks tagħhom, Liminal, li ġie mfaħħar minn DIY Magazine, BBC6 u Radio X, biex insemmu ftit minnhom, u materjal ġdid, il-band Anglomaltija postpunk, ĠENN, ġiet lura Malta. Għall-ewwel darba ġewwa l-gżejjer, ĠENN se jippreżentaw materjal minn Liminal u materjal futur, fejn se jippreżentaw repertorju sod ta’ ħsejjes postpunk maħluqa minn elementi psikadeliċi.
Supporting Act:
Hearts Beating in Time huwa kittieb ta’ kanzunetti elettroniċi u disinjatur tal-ħoss minn Malta, b’influwenzi li jvarjaw minn Four Tet sa Niina, Jamie xx u Kraftwerk. HBIT juża l-imħabba tagħha ta ‘ħsejjes 8 bit, arpeġġjaturi, sekwenzi glitchy, melodiji vokali u loops ta’ drums biex toħloq melodiji pop tal-ħolm tagħha.
Tim Kreattiv:
Janelle Borg – guitars/backing vocals
Sofia Rosa Cooper – drums/backing vocals
Leona Farrugia – main vocalist
Leanne Zammit – bass/backing vocals