Loading Events
  • This event has passed.

Anatomy of a Viral Landscape

10 Marzu 2022 - 17 April 2022

Il-mapep huma rappreżentazzjoni ċatta ta’ pajsaġġi tridimensjonali. Jiddelinjaw pajjiżi, kontinenti, stati u korpi tal-ilma. Kelli naqta’ saffi sħaħ ta’ kodiċi biex nirranġa l-ġeografija.

Il-mapep jisseparaw u jingħaqdu fl-istess ħin. Aħna qegħdin ngħixu fi żminijiet fejn il-gwerer jiġu miġġielda bejn il-pajjiżi minħabba fruntieri ġeografiċi u politiċi, u bħalissa qed inħabbtu wiċċna ma’ pandemija dinjija ta’ proporzjonijiet mingħajr preċedent. Iżda madankollu, ilkoll ninsabu interkonnessi fuq il-pjaneta unika tagħna li ddur fl-ispazju. Id-dinja li ngħixu fiha hija rappreżentata ġewwa Anatomy of a Viral Landscape bħala netwerks effimeri b’interkonnessjonijiet ikkomplikati, simili għall-vini li għandna f’ġisimna. It-toroq li naqsmu huma kemm vjaġġi intenzjonati kif ukoll żvantaġġi inevitabbli ta’ vjaġġi sekondarji mhux intenzjonati. Iżda kollha jsiru parti mid-destini tagħna, id-direzzjonijiet li nagħżlu u dawk li nħallu warajna. Ngħixu fil-lakuni, fl-interżoni. M’hemm l-ebda polarità tal-iswed u l-abjad jew tat-tajjeb u l-ħażin.

ARTISTA
Rebecca DiDomenico

Avvenimenti

Konversazzjoni ma’ Rebecca DiDomenico

Ingħaqad magħna għal konversazzjoni mal-artista Rebecca DiDomenico u l-moderatur Toni Attard fejn se jiġu diskussi suġġetti bħall-metodoloġija tax-xogħol tal-artista, b’referenza għall-iskambji internazzjonali ta’ DiDomenico, u l-impatt ovvju tal-Covid-19 fuq il-prattika tagħha u s-settur kreattiv.

Data u Ħin: L-Erbgħa 16 ta’ Mejju fis-7pm
Post: Teatru ta’ Spazju Kreattiv

Iltaqa’ ma’ Rebecca DiDomenico

Dati u Ħinijiet:
Il-Ħamis 10 ta’ Marzu 2022, 3pm – 7pm
Il-Ġimgħa 11 ta’ Marzu 2022, 10am – 1pm & 3pm – 7pm
It-Tlieta 15 ta’ Marzu 2022, 10am – 1pm & 3pm – 7pm

Informazzjoni fuq il-Biljetti

Adulti
n/a
Konċessjonijiet
n/a
Tfal
n/a
Cinema Club Members
n/a
Konċessjonijiet jinkludu studenti, persuni bil-karta anzjan u Special ID holders (SID)

Informazzjoni fuq il-Post

Atrium / Atrium Approach / Upper Atrium

Upper Atrium

Informazzjoni Addizzjonali

Tul ta' Ħin
n/a
Ċert
n/a
Lingwa
n/a
Venue: Upper Atrium / Atrium