LE . IVA | ANGER IS A LAZY FORM OF GRIEF

- This event has passed.

LE . IVA | ANGER IS A LAZY FORM OF GRIEF
Wara waqfa ta’ aktar minn 10 snin mill-aħħar wirja solo tiegħu fuq art Maltija, Austin Camilleri jippreżenta xogħlijiet ġodda li pproduċa matul dawn l-aħħar ħames snin.
Filwaqt li jibbaża prinċipalment fuq l-istorja tal-arti tal-Punent, il-kultura popolari u t-tradizzjonijiet tal-immaġni tal-poter, Austin Camilleri jesplora t-tensjoni bejn il-materjali u dak diġitali, bejn dawk personali u pubbliċi permezz ta’ tekniki u modalitajiet f’saffi.
Kunċettwalment u fiżikament, dawn ix-xogħlijiet huma estensjoni tar-riċerka riċenti ta’ Camilleri. Dawn jiddependu fuq proċess kontinwu ta’ ħolqien u tħassir, żieda ta’ saffi ġodda filwaqt li jinżammu traċċi ta’ dak li sar qabel, inkluż d-dubju, ċ-ċans u l-approprjazzjoni.
Avvenimenti:
Tkellem ma l-Artist
L-Artist se jkun preżenti madwar il-wirja, biex joffri informazzjoni diretta u għarfien interessanti dwar ix-xogħlijiet li qed jiġu esebiti.
Dati u Ħinijiet:
Is-Sibt 26 ta’ Marzu: 6pm-7pm
Reġistrazzjoni mhux meħtieġa.
Diskussjoni tat-tnedija tal-katalgu LE IVA
Għal din id-diskussjoni, organizzata bħala parti mit-tnedija tal-katalgu għall-wirja LE . IVA | ANGER IS A LAZY FORM OF GRIEF, il-Kuratur Rosa Martinez, l-Assistent Kuratur Irene Biolchini, u Dr Maria Theuma flimkien mal-moderatur Elaine Falzon jiddiskutu l-proċess kuratorjali u l-kontenut tal-katalgu tal-wirja, issa disponibbli mill-Spazju Kreattiv Online Shop.
Anger is a Lazy Form of Grief huwa inizjattiva ta’ Spazju Kreattiv
Artist
Austin Camilleri
Kuratur
Rosa Martinez
Assistenta Kuratur
Irene Biolchini