Anselm (2D) plus pre-recorded Q&A

Loading Events

Anselm (2D) plus pre-recorded Q&A

7 Diċembru 2023 @ 7:30 pm - 9:00 pm

Esperjenza li ma bħalha, id-direttur magħruf sew Wim Wenders joħloq ritratt espressiv ta’ wieħed mill-aktar artisti kontemporanji prominenti u importanti fid-dinja, Anselm Kiefer. Anselm intwera fi screening speċjali waqt Cannes tal-2023.

Anselm joffri lill-udjenza siġġu minn ta’ quddiem biex tkun tista’ tara lill-artist jaħdem b’mod esklussiv. Bl-inklużjoni ta’ testi kulturali u l-istorja personali ta’ Kiefer, il-film jikkontestwalizza x-xogħol li wettaq f’ħajtu, filwaqt li jieħu lill-udjenza fuq vjaġġ esperjenzali ta’ skoperta. Il-pjaċiri testwali jsiru vivaċi quddiem għajnejna, hekk kif naraw lil Kiefer idur fil-maħżen enormi mimli bl-arti tiegħu, u l-oġġetti li juża biex joħloq. Insegwu hekk kif joħloq ix-xogħlijiet artistiċi tiegħu biċ-ċomb, il-konkos, il-ħġieġ, id-drapp, materjal mill-pjanti, kotba u nirien.

Għal aktar minn sentejn, Wenders segwa lil Kiefer mill-Ġermanja nattiva tiegħu sad-dar attwali tiegħu fi Franza, u għaqqad l-istadji ta’ ħajtu mal-postijiet essenzjali tal-karriera fenomenali tiegħu li hija mifruxa fuq aktar minn ħames deċennji. Ir-riżultat huwa studju profond tax-xogħol tal-artist, li jesplora l-eżistenza tal-bniedem u n-natura ċiklika tal-istorja, ispirat mil-letteratura, il-poeżija, il-filosofija, ix-xjenza, il-mitoloġija u r-reliġjon.

Id-Direttur Artistiku ta’ Serpentine Gallery u l-aktar kritiku tal-Arti prominenti fir-Renju Unit Hans Ulrich Obrist se jospita l-Q&A irreġistrata wara l-film.

Informazzjoni fuq il-Biljetti

Adulti
€12
Konċessjonijiet
€10
Tfal
n/a
Cinema Club Members
n/a
Konċessjonijiet jinkludu studenti, persuni bil-karta anzjan u Special ID holders (SID)

Informazzjoni fuq il-Post

Ċinema ta’ Spazju Kreattiv

Kavallier ta' San Ġakbu, Pjazza Kastilja
Valletta, Malta

Informazzjoni Addizzjonali

Tul ta' Ħin
n/a
Ċert
12
Lingwa
n/a
: