Arbanġ

Loading Events

« All Events

  • This event has passed.

Arbanġ

23 June 2017 - 13 August 2017

23 Ġunju – 13 Awwissu 2017
Spażju Ċ1-Ċ4

Id-definizzjoni ta’ arbanġ (“inanimata, animata, kollox huwa wieħed”) tiddeskrivi l-għan ta’ dan il-proġett – li nifhmu s-sinerġija mistura li aħna, bħala organiżmi ħajjin, naqsmu ma’ oħrajn – kemm dawk animati u kemm dawk inanimati. Fil-qalba tiegħu, dan il-proġett huwa esplorazzjoni tal-pleomorfiżmu ta’ dak kollu li hu; investigazzjoni tal-konnessjonijiet bejn dak li jista’ jiġi osservat u dak li huwa mistur.

Il-proġett janalizza n-natura tal-ħajja nnifisha. Merħla ta’ organiżmi? Għadd ta’ ċelloli? Grupp ta’ organelli? Aggregat ta’ makromolekuli? Atomi magħqudin flimkien kimikament? Elettroni mdawrin ma’ nukleu pożittiv? Jeżisti punt ċar fejn materja inanimata tinbidel f’forom animati? Jekk sistema inanimata għandha fiha l-potenzjal għal tkabbir animat, mhijiex ukoll, bl-argument ta’ potenzjal, sistemaanimata? Jekk sistema inanimata kapaċi ssostni numru ta’ forom animati li jkunu għadhom fil-bidu tagħhom, dawn l-organiżmi mhumiex ukoll parti integrali ta’ din is-sistema, ħirġin minn, u magħmulin mill-inanimat? arbanġ jistaqsi wkoll dwar il-materjal – il-bumbardament kostanti – ta’ kulma jwaqqafna milli nħossu; milli nifhmu, milli niskopru lilna nfusna.

L-esebizzjoni tikkonsisti f’serje ta’ xogħlijiet mixed-media, maqsumin fi kmamar differenti li jissimbolizzaw l-morfożi eventwali tal-elementali u l-materjali, għal ġol-animat; u r-realizzazzjoni eventwali li kollox huwa wieħed. David Grima jagħmel użu minn ritratti, immaġni radjografiċi, u ħajt li jingħaqdu flimkien biex joħolqu analiżi, kritika u ċanfira tax-xena. Ix-xogħlijiet jirriflettu l-universalità tal-ħajja u jenfasizzaw l-importanza li ngħożżu u nippreservaw id-dinja delikata tagħna, fid-dawl tal-esperjenza temporanja tagħna tal-ħajja. Kitbiet ta’ Clifford Jo Zahra se jakkumpanjaw ix-xogħlijiet.

Dan il-proġett hu megħjun mill-Kunsill Malti għall-Arti – Malta Arts Fund u huwa parti mill-programm staġjonali ta’ SpazjuKreattiv.

Dettalji

Bidu:
23 June 2017
Tmiem:
13 August 2017
Event Category:

Venue

Spazji
Kavallier ta' San Ġakbu
Pjazza Kastilja, Il-Belt Valletta VLT1060 Malta
+ Google Map
Numru:
356 21223200

Other

Cert Kull Età
Creative Team David Grima (Artist) Clifford Jo Zahra (Kittieb)