Irish Film Days – Arracht
- This event has passed.
Irish Film Days – Arracht
L-Irlanda, 1845 lejlet Il-Ġuħ il-Kbir. Colmán Sharkey, sajjied, missier, raġel, jilqgħa stranġir fuq talba ta’ qassis lokali. Patsy, li qabel kienet suldat fil-gwerer Napoleoniċi jasal eżatt qabel ‘it-tbajja’, marda li eventwalment teħles mill-uċuħ tar-raba’ tal-patata tal-pajjiż, u tikkontribwixxi għall-mewt u l-ispostament ta’ miljuni. Hekk kif l-uċuħ tar-raba’ jitħassru fl-għelieqi, Colmán, ħuh u Patsy jivvjaġġaw lejn id-dar tas-Sid Ingliż biex jitolbu waqfa fuq żidiet fil-kera li Colmán ibassar li se jeqirdu l-komunità tiegħu. It-talba tiegħu taqa’ fuq widnejn torox u dak il-lejl Patsy jispiċċa f’imġieba inkontrollabli u joqtol ħames persuni inklużi Sid il-Kriera u ħu Colmán, Seán.
Sentejn wara u miljuni ta’ Irlandiżi jew mietu jew ġew spostati. Colmán, akkużat għall-qtil u fil-ġirja ma jistax jipprevjeni l-mewt tal-maħbubin tiegħu. Iżolat fuq gżira tal-blat huwa jsoffri b’ ġenn ta’ trawma tat-telfa tiegħu u jgħix eżistenza ferjali f’qasam bejn il-ħajja u l-mewt. Wara attentat ta’ suwiċidju fallut, Colmán jiltaqa’ ma’ tfajla, Kitty, abbandunata fil-kontinent. F’attentat biex jgħinha huwa jweġġa’ f’attakk u t-tnejn jinsabu mitluqin fil-gżira. Huma jgħinu lil xulxin lura mix-xifer u tiżviluppa ħbiberija li ssalva l-ħajja. Iżda l-mistrieħ ta’ Colmán huwa qasir meta Patsy, issa impjegat ma’ kaċċatur ta’ għotjiet Ingliż, jerġa’ lura biex issibu.
Informazzjoni fuq il-Biljetti
Informazzjoni fuq il-Post
Informazzjoni Addizzjonali