- This event has passed.
Art Additives 2019/20
5 April 2020 - 26 August 2020
ART ADDITIVES hija serje ta’ taħditiet, workshops, laqgħat u avvenimenti satelittarji żviluppati abbażi tal-programm tal-arti viżiva kontemporanja ta’ Spazju Kreattiv L-attivitajiet kollha huma b’xejn u miftuħin għal varjetà ta’ udjenzi – minn artisti għal studenti b’livell ta’ edukazzjoni postsekondarja, tfal u familji, u dawk b’interess fix-xena artistika viżiva. L-avvenimenti se jinkludu bosta kelliema, b’uħud minnhom kuraturi, prattikanti, artisti u saħansitra edukaturi.
Agħti Kbir Alla
Data u Ħin: L-Erbgħa, 26 ta’ Awwissu, 7pm
Post: Spazju Ċ, Spazju Kreattiv
Matul dan l-avveniment ta’ Art Additives ser inkunu qed niddiskutu l-iktar temi b’saħħithom ippreżentati f’din il-wirja; il-kostruzzjoni, il-kapitaliżmu, il-konsumeriżmu u l-kultura f’relazzjoni mal-kundizzjoni umana u l-paradigma kontemporanja. L-artisti ser ikunu qed joffru l-kummenti tagħhom dwar il-wirja filwaqt li jilqgħu mistoqsijiet u reazzjonijiet mill-udjenza preżenti. Barra minn hekk, l-artisti ser jitkellmu wkoll dwar l-elementi prattiċi u personali involuti fil-proċess ta’ kreazzjoni tal-arti ppreżentata, in-natura tal-proġett, kif ukoll l-armar ta’ din il-wirja.
Avvenimenti Passati
Documenting Jazz: An Oral History with Jeni Caruana
Data u Ħin: L-Erbgħa, 11 ta’ Diċembru 2019, 4pm – 6pm
Post: Studjow B, Spazju Kreattiv
L-Art Additives-Artist Talk hija attività speċjali li takkumpanja l-esebizzjoni Ding Li, fejn l-artist Ding Li u Dr Toni Sant, Direttur Artistiku ta’ Spazju Kreattiv, se jkunu parti minn taħdita dwar il-prattika kreattiva tal-artist ġewwa Spazju A. L-artist Ding Ling se jkun qiegħed jaqsam il-vjaġġ kreattiv tiegħu fit-tiftix għal lingwa artistika fil-kuntest ta’ arti kontemporanja Ċiniża. Fl-istess ħin, suġġetti oħrajn interessanti dwar l-arti u l-kultura se jkunu qegħdin jiġu diskussi ma’ Dr Toni Sant matul it-taħdita.
L-artista Jeni Caruana se tkun qiegħda titkellem mad-direttur artistiku ta’ Spazju Kreattiv Toni Sant dwar il-pittura u t-tpinġija matul edizzjonijiet preċedenti tal-Malta Jazz Festival, flimkien ma’ Olaug Vethal (1946-2007) uEbba von Fersen Balzan (1957-2008), artisti oħrajn internazzjonali. L-istorja orali tagħha ta’ din l-attività, li damet għaddejja iżjed minn żewġ diċenji, hija parti mill-isforzi sabiex jiġi ddokumentat il-Malta Jazz Festival, ikunu sfidati n-narrattivi dwar il-jazz bħala dominju maħkum mill-irġiel, u l-mod ta’ kif dawk affettwati ġew imwarrbin mill-istorja mużikali.
Din l-attività ta’ Art Additives hija parti mill-proġett ta’ riċerka ta’ Spazju Kreattiv bl-għan li jiddokumenta xogħlijiet tal-arti parti mill-kollezzjoni permanenti ta’ Fondazzjoni Kreattività. Din isservi wkoll ta’ preludju għall-edizzjoni 2020 tal-Arti u l-Femminiżmu, li se tinkludi edit-a-thon b’fokus fuq ir-rappreżentazzjoni xierqa ta’ artisti nisa f’Malta fuq Wikipedia. Dan kollu jkompli fuq ix-xogħol ta’ snin riċenti li jittanta jindirizza d-differenza bejn is-sessi fix-xena tal-arti u fuq is-sit dinji mhux kummerċjali l-iżjed popolari.