Art Explora Festival – Day 1 (NUYE, *Etnika and Justin Adams, Mauro Durante & Mohamed Errebbaa)

Loading Events
  • This event has passed.

Art Explora Festival – Day 1 (NUYE, *Etnika and Justin Adams, Mauro Durante & Mohamed Errebbaa)

21 Marzu 2024

NUYE by Compañía de Circo “eia”

Data u Ħin: Il-Ħamis 21 ta’ Marzu fis-7:30pm

Tul: 1hr

Lingwa: Mhux Verbali

Ċertifikazzjoni: 8+

Post: Xatt Pinto, Valletta Waterfront

Nistenbħu f’post imwarrab wara li nkunu iżolati; nħossu li għandna xi ħaġa nieqsa.

Nibdew infittxu minn fuq ġewwa, biex nerġgħu nsiru sħaħ: infittxu bejn id-dawl u d-dellijiet tagħna, qalb il-kontradizzjonijiet li b’mod stramb donnhom jikkumplimentaw lil xulxin; surrealiżmu/razzjonalità, ċertezza/poeżija…

Imbagħad, ħabta u sabta, meta d-dinja ta’ barra taħbat mal-univers ta’ ġewwa tagħna, nirrealizzaw aktar minn qatt qabel li għandna bżonn infittxu u noħolqu rabtiet ma’ ħaddieħor, ma’ nies oħra; li nkunu nistgħu immisuhom, noħdulhom b’idhom, ngħannquhom, inkunu magħhom…

Bħal nofsijiet ta’ kliem li jingħaqdu flimkien biex jiffurmaw kliem sħiħ u kliem li jingħaqad biex jifforma frażi. Għax xi kultant inħossuna li aħna magħmulin minn ħafna nofsijiet.

Bilanċ, fiduċja, duwalità, separazzjoni, kunflitti… Dawn huma kunċetti li jidhru fiċ-ċirku tagħna u fil-proposta koreografika ta’ sitt akrobati li jirriflettu t-tbandil ’l hemm u ’l hawn bejnna nfusna u bejn l-oħrajn, fi tfittxija kostanti biex inħossuna sħaħ.

Tim Kreattiv: 

Idea u Produzzjoni Oriġinali- Compañía de Circo “eia”
Direzzjoni Artistika – Armando Rabanera Muro, Fabrizio Giannini
Direzzjoni u Kitba Dramaturġika – Roberto Magro, Armando Rabanera Muro u Fabrizio Giannini
Koreografija – Michelle Man
Direzzjoni Mużikali- Cristiano u Davide Della Monica
Lighting Design – Thomas Bourreau
Lighting Technician on Tour – Thomas Bourreau/Yuri Plana
Soundscape – Micaela Iglesias
Set Design & Construction – Armando Rabanera Muro, Oscar de Paz and Benet Jofre
Costume Design – MOMU Espai tèxtil
Artistic Collaboration – Roberto Olivan, Elena Zanzu u Le Ficufresche
Communication – Eva Romero

Ħolqien u Interpretazzjoni:

Luca Bernini
Francesco Germini
Laia Gómez Iglesias
Abby Neuberger
Maiol Pruna Soler
Ona Vives Pérez

Dan l-avveniment huwa bbukkjat kollu!


*Etnika

Data u Ħin: Il-Ħamis 21 ta’ Marzu fid-9pm

Tul: 1hr

Ċertifikazzjoni: U

Post: Xatt Pinto, Valletta Waterfront

*Etnika għandhom storja ta’ għoxrin sena fil-ħolqien ta’ spettakli oriġinali u interattivi kif ukoll proġetti kreattivi li jrawmu kuxjenza dwar il-mużika tradizzjonali Maltija, filwaqt li jisfidaw u jwessgħu l-kunċetti ta’ kultura lokali permezz tal-innovazzjoni u l-integrazzjoni.

Mill-1999 ’l hawn, il-proġett żviluppa produzzjonijiet fuq skala kbira f’kuntesti ta’ post speċifiku, fejn ġew użati spazji pubbliċi vojta għal attivitajiet kulturali filwaqt li ġie promoss il-qawmien mill-ġdid tal-mużika tradizzjonali Maltija permezz tal-iskoperta ta’ mogħdijiet kreattivi li jwasslu għal espressjoni artisitika oriġinali fil-kuntest tat-tendenzi kontemporanji.

B’taħlita mhux tas-soltu ta’ artisti, karattri u strumenti, l-ħsejjes ta’ *Etnika joħolqu saffi ta’ melankolija li ssaħħar u melodiji u lirika tradizzjonali, ma’ kitarri b’effetti, sintetizzaturi retro-futuristiċi, perkussjoni u daqq bis-saqajn mhux konvenzjonali, baxx profond, sassofonija li żżarżar, ilħna baxxi kważi minn taħt l-ilsien u strumenti antiki Maltin.

Stennew sorpriżi, stennew dak li ma kontux qed tistennew, din il-banda għandha qalb kbira.

MUŻISTIĊI

Kitarra – Andrew Alamango
Vocals and Keyboard – Alison Galea
Dance – Francesca Grima
Flawt u Sax – Walter Vella
Bass – Oliver Degabriele
Percussion – Andrej Vujicic

Dan l-avveniment huwa bbukkjat kollu!


Justin Adams, Mauro Durante & Mohamed Errebea

Data u Ħin: Il-Ħamis, 21 ta’ Marzu fl-10:30pm

Tul: 1hr

Lingwa: Ingliż u Taljan

Ċertifikazzjoni: U

Post: Xatt Pinto, Valletta Waterfront

Justin Adams – vitrwuż tal-kitarra, produttur u kompożitur rinomat – kien il-kollaboratur ewlieni ta’ Robert Plant fil-banda tiegħu, s-Sensational Spaceshifters, u flimkien kitbu sensiela ta’ erba’ albums u ppromovewhom madwar id-dinja. Il-produzzjoni tiegħu f’albums magħrufa ta’ Tinariwen u Rachid Taha tenfasizza l-qrubija tiegħu mar-ritmi tal-Afrika ta’ Fuq, filwaqt li l-proġetti tiegħu mal-maestro mill-Gambja Juldeh Camara, li rebħu diversi premjijiet, ħolqu rabta bejn it-tradizzjoni griot u l-ispirtu pur tal-blues. L-album solo ta’ atmosferiċi tal-kitarra li ħareġ dan l-aħħar, Ribbons, ġie kkwotat fost l-aqwa 50 album tal-10 snin li għaddew mir-rivista Songlines.

Din il-kollaborazzjoni ġdida mal-vjolinist Canzoniere Grecanico Salentino u mal-perkussjonist Mauro Durante nibtet minn kunċert immexxi minn Ludovico Einaudi, n-Notte della Taranta fil-Puglia, fejn huma t-tnejn daqqew flimkien għall-ewwel darba, u rrikonoxxew spirti relatati ma’ xulxin fir-ritmi trance tat-Taranta. Flimkien, huma joħolqu ħoss pur u mingħajr xniexel, li jqanqal u jaffaxxina.

Fl-imgħoddi, Mauro Durante kien spjega li “il-pizzica kienet tindaqq fuq it-tamborin u l-vjolin biex tfejjaq lil nies li, wara li jkunu ngidmu minn brimba kbira, jaqgħu f’letarġija – ħafna drabi kienu jkunu nisa li kienu jingidmu minn brimb huma u jaqtgħu l-weraq tat-tabakk. Kienu jiġu mżeffna mar-ritmu frenetiku tal-pizzica, sakemm jikkollassaw bl-għejja, biex b’hekk kienu jiġu lura f’tagħhom.

MUŻISTIĊI

Justin Adams
Mauro Durante
Mohamed Errebbaa

Dan l-avveniment huwa bbukkjat kollu!

Informazzjoni fuq il-Biljetti

Adulti
Free of charge subject to booking
Konċessjonijiet
Free of charge subject to booking
Tfal
n/a
Cinema Club Members
n/a
Konċessjonijiet jinkludu studenti, persuni bil-karta anzjan u Special ID holders (SID)

Informazzjoni fuq il-Post

Xatt Pinto, Valletta Waterfront

Informazzjoni Addizzjonali

Tul ta' Ħin
n/a
Ċert
n/a
Lingwa
n/a