Art Explora Festival – Day 2 (Think Tank by Inizjamed, Bonġu, Bejt! & Luzzu)

Loading Events
  • This event has passed.

Art Explora Festival – Day 2 (Think Tank by Inizjamed, Bonġu, Bejt! & Luzzu)

22 Marzu 2024

Sessjoni ta’ Think Tank minn Inizjamed

Data u Ħin: Il-Ġimgħa 22 ta’ Marzu fis-6 pm

Id-dar hija fejn il-_______
X’inhu, u fejn hi d-dar? Din id-diskussjoni informali se tiffoka fuq l-idea tal-ispostament. X’qed jiġi spostat eżattament? Il-persuna? Il-memorja kollettiva tagħhom? L-istorja tagħhom? U fl-inħawi l-ġdid tagħhom, l-ispostament għadu preżenti? Tliet membri tal-panel bi sfondi differenti se jiddiskutu dawn il-kwistjonijiet u aktar. Matul din id-diskussjoni se jkun imqassam qari letterarji.

Tim Kreattiv:
Moderatur: Gabriel Schembri

Panelisti:
Irene Chias
Murad Shubert
Stephen Lughermo

Ikklikkja Hawnhekk għall-Biljetti


BONĠU BEJT!

Data u Ħin: Il-Ġimgħa 22 ta’ Marzu fi-7.30pm

Tul: 50 minuta

Lingwa: Mhux Verbali

Ċertifikazzjoni: 5+

Post:  Xatt Pinto, Valletta Waterfront

BONĠU BEJT! hija bbażata fuq tlett karattri li jispiċċaw maqbudin fuq bejt wara li jgħaddi ċiklun, u li jħallihom imwaħħlin fuq il-bejt nadif pinna ta’ Peppu. L-arblu tal-bandiera f’nofs il-bejt huwa l-mimmi t’għajnejh. Peppu, flimkien ma Tina, li tgħidx kemm tagħmel għaġeb, u ma’ ħaddiem li jibża’ ferm mill-għoli, iridu jsibu mod kif jinżlu minn fuq il-bejt mingħajr ma jweġġgħu. L-avventura tagħhom fuq il-bejt hija mimlija akrobaziji eċitanti fuq arblu enormi, b’ġurdien imqareb li jagħmel straġi sħiħa madwar il-protagonisti tagħna. Imma l-iskoperta ta’ bajda misterjuża kif ser tgħinhom jinżlu bla ma jweġġgħu minn fuq il-bejt?

Dan l-ispettaklu huwa koproduzzjoni tal-Festival Internazzjonali tal-Arti ŻiguŻajg għat-Tfal u ż-Żgħażagħ u Culture Venture.

Tim Kreattiv: 

Direzzjoni – Toni Attard
Kompożizzjoni Mużikali – Albert Garzia
Set Design – Romualdo Moretti
Light Design – Chris Gatt
Sound Engineer – Sergio Costa
Project Coordination – Maria Spiteri Zahra

Cast:

Jacob Piccinino
Lee-N Abela
Matthias Camilleri
Albert Garzia

Ikklikkja Hawnhekk għall-Biljetti


Luzzu

Data u Ħin: Il-Ġimgħa 22 ta’ Marzu fid-9:30pm

Tul: siegħa 34 minuta

Lingwa: Malti u Ingliż

Ċertifikazzjoni: 15+

Post:  Xatt Pinto, Valletta Waterfront

Sajjied ħabrieki Malti, Jesmark, għandu quddiemu għażla iebsa ferm. Jista’ jsewwi l-luzzu li beda jagħmel l-ilma – dgħajsa tas-sajd tal-injam tradizzjonali u kkulurita – bit-tama li jirnexxielu jaqla’ għajxien miżerabbli fuq il-baħar għall-mara u t-tarbija tat-twelid tiegħu, bħalma għamlu missieru u nannuh qablu. Jew inkella jista’ jneħħih u minflok jieħu somma mingħand l-Unjoni Ewropea u jittanta xortih ma’ operazzjoni illeċita li qed teqred il-popolazzjoni tal-ħut fil-Mediterran u l-għajxien tal-familji lokali li jiddependu fuqha.

Tim Kreattiv:

Kitba, Direzzjoni u Editjar: Alex Camilleri
Tim Produzzjoni: Rebecca Anastasi, Ramin Bahrani, Alex Camilleri u Oliver Mallia

Cast prinċipali:

Jesmark Scicluna
Michela Farrugia
David Scicluna

Ikklikkja Hawnhekk għall-Biljetti

 

Informazzjoni fuq il-Biljetti

Adulti
Free of charge subject to booking
Konċessjonijiet
Free of charge subject to booking
Tfal
n/a
Cinema Club Members
n/a
Konċessjonijiet jinkludu studenti, persuni bil-karta anzjan u Special ID holders (SID)

Informazzjoni fuq il-Post

Xatt Pinto, Valletta Waterfront

Informazzjoni Addizzjonali

Tul ta' Ħin
n/a
Ċert
n/a
Lingwa
n/a