Art Explora – Day 3 (Davide Ambrogio, Brikkuni Live, Vento y Fogo & Ocean Weekend)

Loading Events
  • This event has passed.

Art Explora – Day 3 (Davide Ambrogio, Brikkuni Live, Vento y Fogo & Ocean Weekend)

23 Marzu 2024

Davide Ambrogio

Data u Ħin: Is-Sibt 23 ta’ Marzu fis-7:30pm

Tul: 1hr

Lingwa: Taljan

Ċertifikazzjoni: U

Post:  Xatt Pinto, Valletta Waterfront

EVOCAZIONI E INVOCAZIONI – KANZUNETTI RITWALI MINN ASTROMONTE

B’ħila kbira Davide Ambrogio jaqbad l-istampa wiesgħa tal-kultura Mediterranja, mill-Albanija sal-Greċja, mill-Italja sad-dinja Għarbija. F’raħal żgħir ta’ Aspromonte fejn trabba, territorju muntanjuż fil-ponta tal-Lbiċ tal-Italja, fil-Kalabrija, Davide kien imdawwar b’riti reliġjużi u kant devozzjonali tal-qedem li għadhom ħajjin sal-lum il-ġurnata. Grazzi għar-rabta mill-qrib mal-għeruq tiegħu fil-Kalabrija, huwa tnebbaħ mit-tradizzjonijiet orali tar-reġjun tiegħu biex ħoloq il-lingwaġġ mużikali li jiddistingwih.

Aspromonte huwa l-post fejn twieled u għex dan l-artist għal aktar minn għoxrin sena. Biswitu hemm il-Kalabrija li għadha rikka fl-għarfien u fit-tradizzjonijiet tal-qedem, ippreservati mill-muntanji. F’dan ir-reġjun, iż-żmien u l-ispazju għandhom valur uniku, u l-kelma “komunità” tfisser lingwa u sens ta’ ġabra kondiviżi. Qalb l-armoniji tad-dinja, l-għajta tal-annimali, ir-riżonanza taċ-ċirimella, r-ritmi taż-żfin, il-ħoss imbiegħed tal-karozzi, u l-ħoss tal-ilma jqattar fi Fiumara, kollox jitwaħħad f’żifna u kanzunetta magħquda. Hawnhekk teżisti konnessjoni profonda bejn il-ħsejjes u n-nies, li tikkontribwixxi għal narrattiva komuni li tisboq l-elementi individwali biex tifforma nisġa lixxa ta’ kultura u tradizzjoni.

Kitba ta’ Kanzunetti u Mużika: Davide Ambrogio

Ikklikkja Hawnhekk għall-Biljetti


 

Brikkuni Live

Data u Ħin: Is-Sibt 23 ta’ Marzu fid-9 pm

Tul: siegħa 15-il minuta

Lingwa: Malti

Ċertifikazzjoni: 15+

Post:  Xatt Pinto, Valletta Waterfront

Il-banda Brikkuni, li spiss tingħata l-krettu għall-qawmien mill-ġdid tal-mużika pop kantata Maltija, ilha teżisti sa mill-ewwel debut tagħha fl-2008 b’Kuntrabanda – ibridu li jvarja bejn il-ġeneri pop/rock/punk li ttrasforma l-banda f’fenomenu cult lokali u li ta bidu għal mewġa ġdida ta’ mużika alternattiva Maltija.

Minn dak iż-żmien ’l hawn, ħarġu tliet albums oħrajn, li huma xhieda tat-tendenza ta’ din il-banda li tivvinta ruħha mill-ġdid u li ma tikkonformax ma timbru wieħed: Trabokk (2012), Rub Al Khali (2017), u Il-Ħajja, Il-Mewt, In-Nisa (2020). Bħalissa Brikkuni qed jaħdmu fuq il-ħames album studio tagħhom XKPSOVER, li għandu joħroġ is-sena d-dieħla.

Tim Kreattiv:
Vokali – Mario Vella
Kitarra u backing vocals – Jimmy Bartolo
Drums – John J Bartolo
Percussion – Guze Camilleri
Bass – Oliver Degabriele
Backing vocals – Marie Claire Gatt
Kitarist Mistiedna Addizzjonali – Andrew Francica

Ikklikkja Hawnhekk għall-Biljetti


 

Vento y Fogo

Data u Ħin: Is-Sibt 23 ta’ Marzu fl-10:30pm u s-Sibt 30 ta’ Marzu fid-9:30pm

Tul: sagħtejn

Lingwa: Ingliż, Taljan u Spanjol

Ċertifikazzjoni: U

Post:  Xatt Pinto, Valletta Waterfront

Il-multikulturaliżmu vibranti ta’ Malta, flimkien ma’ passjoni komuni għar-ritmi Latini, servew ta’ katalist għall-kollaborazzjoni bejn Marco Strafalaci mill-Italja u Patricia Torres mill-Uruguay. Din il-fużjoni unika tat lok għall-ħolqien tal-proġett mużikali magħruf bħala id-duo Vento y Fogo.

Ir-repertorju tagħhom, li jinkludi minn melodiji mill-Amerka t’Isfel sa dawk Spanjoli, Taljani u oħrajn, jistieden lill-udjenza għal vjaġġ li jsaħħar madwar it-togħmiet ħajjin tal-mużikalità Mediterranja u Latina.

Tim Kreattiv: 

Kitarra u vokali – Marco Strafalaci

Perkużjoni u vokali – Patricia Torres

Ikklikkja Hawnhekk għall-Biljetti


 

Ocean Weekend

Data u Ħin: Is-Sibt 23 ta’ Marzu, 11am – 4pm

Mill-2024 sal-2025, l-Ocean Weekend ser ikun parti prominenti minn kull waqfa tal-Art Explora Festival, li ser ikompli jsaħħaħ il-pożizzjoni tagħhom bħala wieħed mill-pedamenti tal-programm varjat tal-festival. Din l-inizjattiva tfakkar li l-proġett tal-bastiment-mużew u l-festival tiegħu huma pijunieri fid-definizzjoni mill-ġdid ta’ kif l-arti tiġi mxerrda fost udjenza wiesgħa, taqbeż kull fruntiera ġeografika u tbaħħar madwar l-ibħra.

L-Ocean Weekend, li ser ikunu integrati fil-programm tal-festival, ser jippreżentaw lenti speċjali fuq “l-oċean”, biex jindirizzaw kwistjonijiet rilevanti f’kull pajjiż fejn ser jitrakka l-bastiment-mużew. Id-diskussjonijiet tal-panel ser ilaqqgħu flimkien lil riċerkaturi, xjentisti u artisti biex jesploraw it-tema minn perspettivi kemm lokali kif ukoll globali. Dawn il-panels ser ikunu kkumplimentati minn diskorsi mqanqla minn kelliema mistiedna ta’ ispirazzjoni, wiri ta’ films, ix-xandir ta’ produzzjonijiet awdjo u sessjonijiet ta’ ħidma interessanti f’kollaborazzjoni ma’ NGOs.

Dawn l-elementi kollha, li jsawru l-identità innovattiva tal-festival, huma parti mix-xewqa li “nimmobilizzaw atturi interessati minn madwar id-dinja madwar qafas komuni li ser iqiegħed lix-xjenza għas-servizz ta’ pajjiżi fl-implimentazzjoni tagħhom tal-Għan ta’ Żvilupp Sostenibbli 14 dwar l-oċean” tan-Nazzjonijiet Uniti bħala parti mid-Deċennju ta’ Xjenza tal-Oċeani għall-Iżvilupp Sostenibbli (2021-2030). Il-qofol ta’ dan l-isforz għandu jiġi onorat f’Nizza f’Ġunju 2025.

L-għan ewlieni tal-Ocean Weekend huwa li jinxtered għarfien dwar l-oċeani minn lenti transdixxiplinari, billi jiġi offrut programm innovattiv u aċċessibbli għal kulħadd.

Għall-edizzjoni inawgurali f’Malta, Art Explora qed tikkollabora mal-Malta Biennale, f’ħidma mill-qrib ma’ Sofia Baldi-Pighi u Emma Mattei mill-paviljun ewlieni, u Andrew Borg Wirth mill-paviljun Franċiż-Ġermaniż. F’dan it-tmiem il-ġimgħa, li matulu ser jiġi diskuss l-ilma bħala entità politika u l-poeżija ta’ arkivju, ser jiġu ospitati personalitajiet kemm Maltin kif ukoll internazzjonali minn sfondi transdixxiplinari biex jitkellmu dwar l-oċeani u favurihom.

Ikklikkja Hawnhekk għall-Biljetti

Informazzjoni fuq il-Biljetti

Adulti
Free of charge subject to booking
Konċessjonijiet
Free of charge subject to booking
Tfal
n/a
Cinema Club Members
n/a
Konċessjonijiet jinkludu studenti, persuni bil-karta anzjan u Special ID holders (SID)

Informazzjoni fuq il-Post

Xatt Pinto, Valletta Waterfront

Informazzjoni Addizzjonali

Tul ta' Ħin
n/a
Ċert
n/a
Lingwa
n/a