Art Explorer

Art Explorer
Il-festival Art Explora huwa proġett li jrawwem skambji, djalogi u kooperazzjoni kulturali madwar ir-reġjun Mediterranju. Il-katamaran ARTEXPLORER huwa l-ewwel dgħajsa-mużew fid-dinja, li f’sentejn (2023-2025) se tivvjaġġa madwar il-baħar Mediterran kollu, iżżur ħmistax-il pajjż u għoxrin port. Iddisinnjata minn Axel de Beaufort u Guillaume Verdier, hija twila 46.5 metri u għolja 55 metru. Id-dgħajsa nbniet fit-tarzna Perini Navi, fl-Italja. Kuljum, id-dgħajsa tista’ tilqa’ 2000 persuna abbord u toffri wirja immersiva mfassla b’kollaborazzjoni eċċezzjonali mal-Mużew Louvre.
Din il-wirja toffri riflessjoni dwar ir-rwol u r-rappreżentazzjoni tal-figuri femminili fid-dinja Mediterranja, permezz ta’ esperjenza edukattiva u sensorjali bbażata fuq teknoloġiji diġitali awdjoviżivi. Tikkonsisti wkoll f’esperjeza ta’ ħoss żviluppata bl-IRCAM. Permezz ta’ odissea tal-ħoss, Iram u Ircam Amplify jistiednu lill-viżitaturi jesploraw is-sensazzjonijiet tal-Mediterran u jiskopru pajsaġġi bi ħsejjes ġodda immaġinarji jew reali.
Bħala parti mill-impenn tiegħu biex jappoġġa l-ħolqien kontemporanju, il-festival joffri programm ta’ residenzi differenti. Il-kuraturi assoċjati mal-proġett jistiednu lill-artisti, ix-xjentisti u r-riċerkaturi mill-pajjiżi differenti li l-Festival Art Explora żar biex għal xahar jipparteċipaw f’residenzi abbord id-dgħajsa u f’belt Mediterranja oħra. Id-dgħajsa-mużew se tkun akkumpanjata minn villaġġ festiv f’żona tal-moll li se jippreżenta programm ta’ avvenimenti kulturali li qed jiġi żviluppat minn Spazju Kreattiv taħt it-tmexxija ta’ Daniel Azzopardi. Il-programm se jiffoka fuq ix-xena artistika lokali u internazzjonali, filwaqt li jindirizza suġġetti u kwistjonijiet differenti tar-reġjun Mediterranju. Il-proġett se jlaqqa’ flimkien bosta prattiki kulturali u artistiċi, u b’hekk joħloq spazju kondiviż għal djalogu u esperimentazzjoni bejn il-pari, filwaqt li joffri esperjenza lil diversi udjenzi lokali u viżitaturi ta’ Malta.
Kuratur Kap Lokali: Daniel Azzopardi
Organizzat mill-Fondazzjoni ART EXPLORA b’kollaborazzjoni ma’ Spazju Kreattiv
Informazzjoni fuq il-Biljetti