Away from the Comfort Zone – Year 2 Retrospect

- This event has passed.

Away from the Comfort Zone – Year 2 Retrospect
Data u ħin
Il-Ħamis 13 ta’ Jannar 2022, 6.30pm
Waqt l-edizzjoni ta ‘ Ottubru li għadda tal-Festival ‘Circuits’ Electronic Music Malta (EMM) organizzat serje ta’ prestazzjonijiet imsejħin ‘Away from the Comfort Zone’. Dan huwa kunċett li ġie mniedi fl-2020 u li fih artisti tal-mużika elettronika jingħaqdu ma’ artisti minn dixxiplini oħrajn sabiex jagħmlu serje ta’ prestazzjonijiet eskussivi.
Fl-2021, dan il-kunċett iffoka fuq l-internazzjonalizzazzjoni, u pparteċipaw: il-kantanta Maltija Clare Ghigo flimkien mal-mużiċist elettroniku Taljan Paolo Gatti; iż-żeffiena Maltija Rochelle Gatt mal-mużiċista elettronika Ġermaniża Sabine Ercklentz; u d-duo elettroniku Malti/Belġjan Ayn il-Widen li qasam il-palk mal-artist vokali Netherlandiż Han Buhrs.
Huwa għalhekk li EMM se tniedi preżentazzjoni u diskuzzjoni pubblika li fiha dawn l-artisti ħa jitkellmu fuq l-esperjenzi li kellhom waqt dan il proġett, fil-waqt li l-udjenza ħa jkollha l opportunita’ li tara ‘premiere’ tal-video tal-prestazzjonijiet li saru waqt il-festival ‘Circuits 2021’.
Tim Kreattiv: | Luc Houtkamp, Edwin Balzan |
Dan l-avveniment huwa parti mill-progammi ta’ Circuits u Spazju Kreattiv. EMM hija megħjuna mill-Kunsill Malti Għall-Arti.
Informazzjoni fuq il-Biljetti
Informazzjoni fuq il-Post