Babai

- This event has passed.
Babai
29 September 2016 @ 8:00 pm
€7
“Saħħarna, messna, u ħalliena bla kliem.”
Il-ġurija tat-tlieta u tletin edizzjoni tal-Munich Film Festival
Dati u ħinijiet:
Il-Ħamis 29 ta’ Settembru 2016, 8.00PM
Il-Ħamis 24 ta’ Novembru, 8.00PM
Post: Ċinema (Kavallier ta’ San Ġakbu)
Nori għandu għaxar snin, u flimkien ma’ missieru, Gezim, jiġġerra fit-toroq tal-Kosovo jbigħ is-sigaretti sabiex jaqilgħu l-għajxien tagħhom. Gezim qatta’ l-maġġoranza ta’ ħajtu jaħrab mill-passat tiegħu, u issa ma jridx li jkollu x’jaqsam aktar m’omm Nori. Ta’ espert li hu, Gezim ifittex jitlaq minn pajjiżu…mingħajr ibnu. Iżda Nori, jagħmel ħiltu kollha sabiex iwaqqaf lil missieru milli jitlaq, anke jekk din ix-xewqa tfisser inċident ikrah, vjaġġ perikoluż u konfrontazzjoni taħraq bejn missier u iben.