#babydaddy – Tour ġewwa l-Iskejjel

Loading Events

« All Events

  • This event has passed.

#babydaddy – Tour ġewwa l-Iskejjel

4 November 2015 @ 9:15 am

Bejn is-Sixth Form – Iż-Żgħożija – Tqala

Dati u Ħinijiet:

It-Tlieta 27 ta’ Ottubru 2015; 9.15AM, 12.00PM
L-Erbgħa 28 ta’ Ottubru 2015; 9.15AM, 12.00PM
Il-Ġimgħa 30 ta’ Ottubru 2015; 9.15AM, 12.00PM
L-Erbgħa 4 ta’ Novembru 2015; 9.15AM, 12.00PM
Il-Ħamis 5 ta’ Novembru 2015; 9.15AM, 12.00PM
Il-Ġimgħa 6 ta’ Novembru 2015; 9.15AM, 12.00PM

Post: Lil Hinn (Skejjel varji)

Il-kumpanija teatrali Studio 18 ser tkun qegħda iżżur numru ta’ skejjel bil-produzzjoni tagħha #babydaddy li kien ta’ suċċess kbir fost iż-żgħażagħ is-sena l-oħra waqt il-Festival ta’ Żigużajg. U liema post jista’ jkun aħjar minn skola – mimlija żgħażagħ – meta d-dramm jirrivolvi madwar id-dinja taż-żgħożija u madwar il-bilanċ bejn ix-xewqat għall-futur u r-responsabbiltà monumentali li tkun missier?

#babydaddy issegwi l-istorja ta’ Matt – żagħżugħ ta’ sbatax-il sena, popolari, moħħu jilħaqlu, u xi drabi wiċċu tost. Jixtieq isir fotografu rinomat, imma bħalissa moħħu biss fir-riżultati tal-iskola u jekk huwiex tiela’ fit-tieni sena tas-Sixth Form jew le, biex fl-aħħar ikun jista’ jgawdi sajf tal-ġenn.

Però, mar-riżultati tasallu aħbar oħra: Matt ħa jsir missier. Id-dinja tiegħu taqa’ biċċiet minn lejl għal nhar u ma jafx x’ħa jaqbad jagħmel. Id-disa’ xhur li jmiss ħa jġibu bosta sfidi magħhom – issa ħa jkollu jaffaċċja lil familtu u lil ħbiebu, jilħaq ma’ mitt ħaġa, u jlesti ruħu biex isir… missier!

Din il-produzzjoni hija inizjattiva kollaborattiva ta’ Spazju Kreattiv u Aġenzija Żgħażagħ.

Avviż dwar il-produzzjoni: 

Dan l-avveniment huwa miftuħ biss għall-iskejjel. Skejjel interessati li jilqgħu din il-produzzjoni huma mitluba jimlew din il-formola.

Dettalji

Data:
4 November 2015
Ħin:
9:15 am - 1:30 pm
Event Categories:
,
Event Tags:
, ,

Venue

Lil hinn

Other

Duration 90 min
Cert 12 +
Language Malti
Creative Team Jean Marc Cafà (direttur), Simone Spiteri (awtriċi)
With the participation of Studio 18