Battikata


Battikata
Bħala artisti, Charlene Galea u Julienne Schembri jirriflettu fil-fond dwar il-konfużjoni fi ħdan ġisimna bejn ir-rabtiet u l-libertà, it-teknoloġija u l-ekoloġija. Dan ħeġġiġhom biex jesperimentaw ma’ komunità akbar ta’ nies biex jifhmu aktar il-Kumplessità tad-Dinjiet Interni Tagħna, mill-Perspettiva tal-Arti tal-Ispettaklu.
Filwaqt li sselfu l-frażi ta’ Toko-pa Turner “Remembering ourselves home” (Niftakru lilna nfusna d-dar), Battikata hija riċerka fuq li niftakru, noħolqu konnessjoni mill-ġdid u ninsew lilna nfusna d-dar. Id-dar hija mimlija b’memorji u enerġiji u hija l-maħżen tal-istejjer tagħna. Dawn l-istejjer huma personali, imma billi naqsmuhom fil-komunità jistgħu jkunu mezz biex titrawwem aktar kuxjenza fuq oħrajn u eventwalment fuq l-ambjent li aħna lkoll nimxu fih, il-pajsaġġi naturali ta’ madwarna. Matul ġimgħa ta’ riċerka artistika, Charlene Galea u Julienne Schembri se jiffaċilitaw workshops biex jinteraġixxu mal-ġisem bħala sors ta’ kreattività. Dawn il-workshops se jqajmu l-mistoqsija lill-parteċipanti: “Min aħna meta ħadd mhu qed iħares?” It-tama tagħna hija li nirreċiprokaw ir-rigal ta’ ħin biex noħolqu konnessjoni mal-ġisem f’tentattiv li nneħħu u ninsew il-mod kif ir-relazzjonijiet ma’ ġisimna ġew iffurmati mis-soċjetà u l-kultura li ngħixu fihom. Il-workshops miftuħa se jistiednu għaxar individwi biex jinvestigaw il-kitba kulturali mqiegħda fuq il-korpi fl-ispazju. Il-workshops se jinteraġixxu ma’ prattika artistika multidixxiplinarja li tinkludi: il-Prattika ta’ Moviment somatiku, il-Prattika tal-Vuċi, il-Kitba Kreattiva, il-Collage u l-Fotografija bl-intenzjoni li fl-aħħar tal-workshop jinqasmu b’mod miftuħ il-ħsibijiet fuq ix-xogħol li għaddej.
Tim Kreattiv:
Charlene Galea u Julienne Schembri
Informazzjoni fuq il-Biljetti
Informazzjoni fuq il-Post