Bil-Bieb Mitbuq

- This event has passed.
Bil-Bieb Mitbuq
Dati u Ħin
Il-Ġimgħa 27 ta’ Jannar 2023, 8pm
Is-Sibt 28 ta’ Jannar 2023, 8pm
Il-Ħadd 29 ta’ Jannar 2023, 7pm
Bil-Bieb Mitbuq huwa proġett teatrali b’viżjoni kontemporanja. Imsejsa fuq it-traduzzjoni Maltija ta’ Kevin Saliba tad-dramm Huis clos ta’ Jean-Paul Sartre – u bid-direzzjoni ta’ Tyrone Grima – din il-produzzjoni tlaqqa’ flimkien it-traduzzjoni letterarja, it-teatru, iż-żfin u l-ħoss.
Bħala xogħol ewlieni tal-eżistenzjaliżmu Franċiż, id-dramm jittratta bosta aspetti sikkanti tal-kundizzjoni umana: il-prezz tal-libertà, it-tbatija, il-kuraġġ u d-dgħufija, l-awtentiċità, il-konsegwenzi tal-għażliet tagħna, ir-responsabbiltà, l-uġigħ li ndorru fuq xulxin, il-qerq u l-gideb, il-kefrija, is-setgħa tal-ħars, il-maskri li nilbsu kuljum, il-problematika tal-jien u tal-eżistenza tal-oħrajn, l-impossibbiltà tal-imħabba, l-iżolament.
Din il-produzzjoni interkulturali ta’ Saliba ser tfittex li tiddrammatizza l-infern skont Sartre b’għadd ta’ elementi drammatiċi innovattivi, fosthom permezz ta’ żfin stil teatru-danza minn koreografi minn Malta, mil-Lussemburgu u mill-Ġappun.
Kollox jiżvolġi fl-infern bejn tliet karattri, iżda Saliba u Grima, din id-darba, iridu jżidu r-raba’ persunaġġ – lilek.
Tim Kreattiv:
Produttur u traduttur | Kevin Saliba
Direttur | Tyrone Grima
Atturi | Antonella Axisa, Sarah Camilleri, André Mangion u Sean Briffa
Koreografi | Yuko Kominami, Jill Crovisier u Dorian Mallia
Disinjatur tas-sett | Adrian Mamo
Kostumi | Angele Galea
Filmografu | Kenneth Scicluna
Fotografu | Steven Levi Vella
Mużika | Nigel Baldacchino
Assistenta maniġer tal-palk | Ann-Marie Camilleri
Bini tas-sett | Aaron Bezzina
Disinn tad-dawl | Dali Aguerbi
Bl-appoġġ tal-Kunsill Malti għall-Arti – Fond għall-Arti u l-MCAST