BioArt Alchemy: Works by Anna Dumitriu

- This event has passed.

BioArt Alchemy: Works by Anna Dumitriu
Din l-esibizzjoni mill-BijoArtista Brittanika ta’ fama internazzjonali, Anna Dumitriu, tieħu ispirazzjoni matul iż-żmien mill-istorja tax-xjenza u l-mediċina sar-riċerka l-aktar avvanzata fil-bijoloġija u l-ġenomika sintetika. L-oġġetti strambi u li jħallu effett fuq dak li jkunu jieħdu l-forma ta’ relikwi tal-proċessi sublimi bbażati f’laboratorju ta’ Dumitriu maħluqa f’ambjenti ta’ riċerka bijomedika kontemporanja, u magħquda flimkien ma’ stejjer storiċi ta’ kontaġju u alkemija.
Anna Dumitriu hija artista Brittanika li rebħet ħafna premjijiet u taħdem bil-BioArt, l-iskultura, l-installazzjoni u l-midja diġitali biex tesplora r-relazzjoni tagħna mal-mard infettiv, mal-bijoloġija sintetika u mar-robotika. Esibizzjonijiet preċedenti jinkludu ZKM, Ars Electronica, BOZAR, The Picasso Museum, HeK Basel, u MOCA Taipei. Hi għandha rwoli ta’ artista residenti mal-Modernising Medical Microbiology Project fl-Università ta’ Oxford u n-National Collection of Type Cultures fil-UK Health Security Agency. Kollaborazzjonijiet attwali jinkludu l-Institute of Epigenetics and Stem Cells fil-HelmholtzZentrum fi Munich u l-Università ta’ Leeds.
BioArt Alchemy Exhibition Tours u Workshops

