Blanket Ban

- This event has passed.

Blanket Ban
One event on 8 Marzu 2025 at 8:00 pm
One event on 9 Marzu 2025 at 7:00 pm
One event on 14 Marzu 2025 at 8:00 pm
One event on 15 Marzu 2025 at 8:00 pm
One event on 16 Marzu 2025 at 7:00 pm
Data u ħin:
Il-Ġimgħa 7 ta’ Marzu 2025, 8 pm
Is-Sibt 8 ta’ Marzu 2025, 8 pm (mibjugħa kollha)
Il-Ħadd 9 ta’ Marzu 2025, 7 pm
* Il-Ġimgħa 14 ta’ Marzu 2025, 8 pm
Is-Sibt 15 ta’ Marzu 2025, 8 pm (mibjugħa kollha)
Il-Ħadd 16 ta’ Marzu 2025, 7 pm
B’suċċess internazzjonali li hija rebbieħa ta’ diversi premjijiet, BLANKET BAN fl-aħħar tasal f’Malta fi Spazju Kreattiv.
Bil-pinna ta’ Davinia Hamilton u Marta Vella kif ukoll l-atturi ta’ din il-produzzjoni teatrali, jidħlu fil-fond fir-riperkussjonijiet tal-liġijiet stretti ta’ Malta dwar l-abort. Din il-produzzjoni teatrali li hija verbatim inħolqot permezz ta’ intervisti u riċerka estensiva. Tiddokumenta stejjer u esperjenzi tal-ħajja reali, kif ukoll tistieden lill-udjenzi tagħha biex jirriflettu fuq is-sitwazzjoni attwali tal-pajjiż.
Blanket Ban hija parti mill-Programm Spazju Kreattiv 2024/2025, maħduma minn Chalk Line Theatre u appoġġjata mill-Kunsill Malti tal-Arti.
* Fl-14 ta’ Marzu, Blanket Ban se jagħti prestazzjoni rilassata li jfisser li l-ħoss u d-dawl se jinbidlu kemmxejn u n-nies jistgħu jidħlu u joħorġu. Se jkun hemm ukoll touch tour disponibbli 30 minuta qabel il-prestazzjoni
Touch tour:
Udjenzi bi bżonnijiet ta’ aċċess huma mistiedna jaslu 30 minuta qabel l-ispettaklu biex jirċievu dawra tal-ispazju tat-teatru, fejn ikunu jistgħu jinteraġixxu mas-sett u l-props biex jieħdu sens tal-ispazju tad-daqq qabel il-prestazzjoni.
Diskussjonijiet ta’ Wara l-Prestazzjoni
Is-Sibt 8 ta’ Marzu: Panel f’Jum il-Mara dwar id-Drittijiet Riproduttivi. Mistednin: Prof Isabel Stabile, Dr Andrea Dibben, Dr Lara Dimitrijevic u Francesca Fenech. Id-diskussjoni mmexxija minn Davinia Hamilton u Marta Vella.
Is-Sibt 15 ta’ Marzu: Nagħmlu Teatru Politiku. Kelliema: Davinia Hamilton, Marta Vella, Sam Edmunds u Vikesh Godhwani. Id-diskussjoni mmexija minn Herman Grech.
Il-prestazzjoijiet tat-8 u l-15 ta’ Marzu se jiġu ffilmjati.
Tim Kreattiv:
Awturi & Atturi: Davinia Hamilton & Marta Vella
Diretturi: Sam Edmunds & Vikesh Godhwani
Drammaturgu: Stephanie Dale
Produtturi: Chalk Line Theatre
Disinjatur tas-sett: Isabella Van Braeckel
Disinjatur tal-vidjo: Tom Fitch
Maniġer tal-palk: Denise Perini
NOTA: Blanket Ban fiha effett teatrali tad-duħħan, lingwaġġ qawwi, rappreżentazzjonijiet ta’ stupru/suwiċidju, dwal li jteptep, rappreżentazzjonijiet grafiċi ta’ abbuż, referenzi għal korriment u abort.
Informazzjoni fuq il-Biljetti
Informazzjoni fuq il-Post
Informazzjoni Addizzjonali