Blood – Kids Dig Science 2018/19

- This event has passed.
Blood – Kids Dig Science 2018/19
10 November 2018 @ 3:00 pm - 5:00 pm
€6
Kids Dig Science hija kkoordinata mit-tim tal-Festival tax-Xjenza fi ħdan il-Kamra Maltija tax-Xjenzati. Dan l-istaġun, it-tim jerġa’ jiltaqa ma’ diversi xjenzati bil-għan li jsir jaf l-aħħar aħbar mill-oqsma kollha tax-xjenza, u sabiex dan jerġa’ jinħadem mill-ġdid għal tfal li għandhom ‘il fuq minn 6 snin. Din l-attività ġiet imfassla biex tispira lill-imħuħ żagħżagħ kurjużi, tħeġġeġ il-passjonijiet tagħhom u trawwem il-kreattività. Kids Dig Science hija tassew attivita’ perfetta għal dawk li dejjem qed ifittxu attivitajiet li jinkoraġixxu entużjażmu għal diversi suġġetti fit-tfal tagħhom.
Data u Ħin: Is-Sibt, 10 ta’ Novembru 2018, 3pm – 5pm
Post: Studjows A & B, Spazju Kreattiv
Prezz: €6
Jista’ jingħad ħafna dwar id-demm. Huwa magħmul minn erba’ elementi – plażma, ċelluli ħomor, ċelluli bojod u platelets. Kull parti għandha rwol speċjali. Il-plażma huwa likwidu isfar li jtik l-enerġija u li jgħinek biex tikber. Iċ-ċelluli tad-demm ħomor iġorru l-ossiġenu għaċ-ċelluli tiegħek.
Kif tista’ tispjega dan kollu lit-tfal żgħar? Fortunatament, m’għandekx għalfejn! Il-pupazzi u x-xjenzjati tagħna qegħdin hawn biex jippreżentaw dawn il-fatti b’mod ċar, permezz tat-teatru interattiv u esperimenti xjentifiċi prattiċi.