Bolshoi Ballet fiċ-Ċinema 2016/2017 – The Bright Stream

Loading Events

« All Events

  • This event has passed.

Bolshoi Ballet fiċ-Ċinema 2016/2017 – The Bright Stream

16 December 2016 @ 7:30 pm

€5 – €15

Irreġistrata lajv minn Moska fid-29 ta’ April 2012

‘Din il-kwalità tal-mużika folkloristika Lhudija – li tinstema ferriħija meta fil-verità hi traġika – toqrob lejn l-idea tiegħi ta’ dak li għandha tkun il-mużika. Fil-mużika, dejjem għandu jkun hemm żewġ saffi.’
Dmitri Shostakovich

Repetizzjoni: Il-Ġimgħa 16 ta’ Diċembru 2016, 7.30PM
Post: Ċinema (Kavallier ta’ San Ġakbu)

Matul il-festival tal-ħsad ġewwa għalqa kollettiva, il-mawra ta’ kumpanija taż-żfin terġa tlaqqa’ waħda miż-żeffiena ma’ tfajla, Zina, li fi tfulithom kienu ħbieb. Sabiex tkun tista’ tagħti tagħlima lir-raġel tagħha li għandha suspett li mhux qed ikun fidil lejha, Zina, flimkien maż-żeffiena u r-raġel tagħha, jiddeċiedu li jpartu l-irwoli u l-identità tagħhom…għal dak il-lejl biss.

Permezz ta’ umoriżmu intriganti, deskrizzjonijiet tad-daħk, taqlib u skambji fl-ilbies u fl-identitajiet, il-kumpanija tal-Bolshoi twasslilna l-koreografija brillanti ta’ Ratmasnky b’enerġija u dinamiżmu liema bħalhom.  

Nota dwar il-prezz tal-biljetti:
Agħmel użu mill-iskont esklussiv fuq biljetti li jkopru l-istaġun sħiħ:
Għat-trażmissjonijiet diretti jew għall-ewwel wirja: €90.00
Għar-repetizzjonijiet: €75.00

https://www.youtube.com/watch?v=G39RVHk7zAU

Dettalji

Data:
16 December 2016
Ħin:
7:30 pm - 9:30 pm
Prezz:
€5 – €15
Event Category:
http://ticketenginex.kreattivita.org?eventname=Bolshoi+Encore+The+Bright+Stream

Venue

Ċinema ta’ Spazju Kreattiv
Kavallier ta' San Ġakbu, Pjazza Kastilja
Valletta, Malta
Numru:
+356 2122 3200

Other

Duration 120 min
Cert 12+
Creative Team Alexei Ratmansky (koreografija), Dmitri Shostakovich (mużika), Adrian Piotrovsky and Fyodor Lopukhov (libretto), Boris Messerer (diżinn), Pavel Sorokin (direttur tal-mużika), Alexander Rubtsov (dwal)
With the participation of Svetlana Lunkina (Zina), Mikhail Lobukhin (Pyotr), Maria Alexandrova (iż-Żeffiena), Rusian Skvortsov (iż-Żeffien), Denis Savin (Accordionist), Alexei Loparevich (Dacha Dweller)