Loading Events

« All Events

  • This event has passed.

Bolshoi Live: Carmen Suite / Petrushka 2018/2019 Programme

19 May 2019 @ 5:00 pm

€5 – €18

Dati u Ħinijiet: Il-Ħadd, id-19 ta’ Mejju, 2019 fil-5:00PM
Post: Ċinema (Kavallier ta’ San Ġakbu)

Prezz: €18 (adulti), €5 (tfal taħt tnax il-sena)
Biljett għall-istaġun sħiħ għal LIVE biss: rata ta’ skont ta’ €50 minflok €72

Carmen: Carmen, ta’ impulsiva li hi, tisseduċi lil Don Josésabiex tikkonvinċih jeħlisha mill-ħabs. Ġaladarba ssib ruħha ħielsa, hija taħseb li hija tassew libera, iżda eventwalment tirrealizza li fuq kollox hija priġuniera ta’ triangolu ta’ mħabba; hi tixtieq tkun mal-famuż Torero Escamillo, iżda ma tistax taħseb f’mod kif tista’ teħles minn Don José.

Petrushka: Matul il-karnival ta’ San Pitruburgu, tliet pupazzi qegħdin jinterpretaw l-istess irwol darba wara l-oħra; il-maħbub mhux kuntent Petrushka, dik li tħobb l-attenzjoni tal-irġiel, u Musulman. Imxebba’ b’din il-parti li donnha ma tafx tmiem u li qatt ma ġġiblu xorti, Petrushka jattakka lir-rival tiegħu u jaħrab mit-teatru tal-pupazzi.

Carmen hija appassjonata u bi spirtu liberu bħal dejjem, hekk kif hi ssib lilha nfisha maqbuda fi triangolu ta’ mħabba. Il-ballet mimli passjoni f’att wieħed tal-koreografu Kuban Alberto Alonso, u li oriġinarjament inħoloq għall-ballerina prima tal-Bolshoi Maya Plisetskaya, mistenni jsaħħar lill-udjenzi flimkien ma’ Petrushka, kreazzjoni ġdida għall-Bolshoi mill-koreografu kontemporanju Edward Clug, f’lejla li se tkun qed tiġbor fi ħdanha l-vera ruħ tal-Ballet Russu.

Minħabba n-natura ‘live’ ta’ din il-performance, it-tul tal-avveniment jista’ jvarja xi ftit.

Dettalji

Data:
19 May 2019
Ħin:
5:00 pm - 7:20 pm
Prezz:
€5 – €18
Event Categories:
, ,
http://ticketenginex.kreattivita.org?eventname=Bolshoi+Live+Carmen+Suite+%2F+Petrushka

Venue

Ċinema ta’ Spazju Kreattiv
Kavallier ta' San Ġakbu, Pjazza Kastilja
Valletta, Malta
Numru:
+356 2122 3200

Other

Duration 140 mins
Creative Team Georges Bizet, Rodion Shchedrin u Igor Stravinsky (musika); Alberto Alonso u Edward Clug (koreografija); Alberto Alonso fuq il-passi ta' Prosper Mérimée (għal Carmen)
With the participation of The Bolshoi Principals, Soloists and Corps de Ballet