
- This event has passed.
Bolshoi Encore: The Nutcracker
One event on 27 Diċembru 2020 at 6:30 pm
One event on 24 Diċembru 2020 at 2:30 pm
F’Lejlet il-Milied, Uncle Drosselmeyer jgħati rigal speċjali lil Marie: pupu tradizzjonali magħruf bħala ‘Nutcracker’. F’nofs il-lejl, meta n-Nutcracker jieħu l-ħajja, jiskopri li jekk jixtieq jsalva lil Marie se jkollu jiġġieled kontra r-Re tal-Ġrieden.
Offerta:
3 biljetti: €30
3 biljetti (Konċessjonijiet):€25
Il-ballet
Din l-istorja klassika hija akkumpanjata mill-mużika ikonika ta’ Tchaikovsky. Udjenzi taʼ kull età jistgħu jgawdu minn din il-produzzjoni mill-isbaħ fejn l-irwoli ewlenin u x-xenografija meraviljuża joffru spettaklu indimentikabbli. Stilla ġdida fid-dinja tal-ballet, is-Solista Margarita Shrainer, tinterpreta perfettament l-innoċenza ta’ Marie filwaqt li ż-żeffien ewlieni, Semyon Chudin, wkoll joffri interpretazzjoni eleganti fl-irwol ta’ The Nutcracker.
Mużika ta’: Pyotr Ilyich Tchaikovsky
Koreografija ta’: Yuri Grigorovich
Libretto ta’: Yuri Grigorovich (minn E.T.A. Hoffmann u Marius Petipa)
Bil-parteċipazzjoni ta’: Margarita Shrainer (Marie), Semyon Chudin (The Nutcracker), Denis Savin (Drosselmeyer), Alexandre Vodopetov (The Mouse King), u l-Corps de Ballet
Dati u Ħinijiet:
Il-Ħadd, 20 ta’ Diċembru, 2020, 4pm
Il-Ħamis, 24 ta’ Diċembru, 2020, 2.30pm
Il-Ħadd, 27 ta’ Dicembru, 2020, 6.30pm