L-Arti tal-Burlesk: Taħdita pubblika
- This event has passed.
L-Arti tal-Burlesk: Taħdita pubblika
5 November 2016 @ 11:00 am
Data u ħin: Is-Sibt 5 ta’ Novembru 2016, 11.00AM
Post: Teatru (Kavallier ta’ San Ġakbu)
L-idea tal-Burlesk hija mtertqa b’kunċetti żbaljati ta’ x’tinvolvi din l-arti, kunċetti li bosta drabi ma jiġux sfidati u li għalhekk, jibqgħu jiġu assoċjati mat-terminu ‘Burlesk.’ Matul din it-taħdita pubblika, numru ta’ artisti internazzjonali tal-Burlesk, li qed jieħdu sehem fl-ispettaklu MalTease – artisti minn Londra, Pariġi, Amsterdam, Vienna, Helsinki, Stickholm u kif ukoll minn Malta – se jkunu qed jitkellmu dwar aspetti differenti relatati mal-arti tal-Burlesk: mill-kostumi sal-influss ta’ ideat kulturali u etniċi. L-għan aħħari ta’ din id-diskussjoni hi li tkompli titħeġġeġ il-kurżità tal-pubbliku filwaqt li tqajjem aktar interess u għarfien sabiex l-arti tal-Burlesk ikun jista’ jiġi apprezzat għal dak li veru hu, u mhux dak li forsi nkunu ħsibna jew smajna.
Għalhekk, l-udjenza għandha opportunità unika sabiex tidħol fi djalogu ma’ dawn l-artisti, li se jkunu predisposti biex iwieġbu għal kull kurżità, jisimgħu l-opinjonijiet u jaqsmu l-ideat tagħhom mal-pubbliku.