Buxtehude – Membra Jesu Nostri

Loading Events
  • This event has passed.

Buxtehude – Membra Jesu Nostri

25 Marzu 2022 @ 7:00 pm - 8:00 pm

Data u ħin
Il-Ġimgħa 25 ta’ Marzu, 2022, 7 pm

KorMalta – Malta National Choir se jinterpreta  Dietrich Buxtehude’s Membra Jesu Nostri patientis sanctissima (‘’The Most Holy Limbs of Our Suffering Jesus’’)   akkumpanjat mill-Valletta International Baroque Ensemble.

Komposta fl-1680, is-silta hija still bikri ta’ Oratorju Barokk. Jiddeskrivi l-kontemplazzjoni ta’ seba’ partijiet tal-ġisem msallab ta’ Kristu – saqajh imtaqqbin, irkopptejn mgħawġin, idejn bid-demm, ġenb midrub, sider meqjum, qalb t’mħabba, u wiċċ inkurunat bi xewk. Li jgħaqqdu kitba ħajja ma’ mużika espressiva b’mod intens, skont il-paġna tat-titolu, att personali ta’ miskin fejn l-uġigħ jinħass permezz ta’ ħsejjes, mumenti ta’ paċi totali u abbandun. Id-distakk tat-ton bejn kantata waħda u oħra huwa dejjem intervall tal-ħames, liema intervall jesprimi tifsiriet mistiċi profondi bħall-illuminazzjoni, l-elevazzjoni spiritwali lejn Alla, hekk kif il-ħarsa titla’ minn riġlejh għal rasu.

 

Waqt il-kunċert, mal-membri tal-udjenza se jingħaqdu studenti mill-Iskola tal-Arti ta’ Malta li se jkunu qed jagħmlu skeċċ, pittura u skultura waqt il-prestazzjoni biex joħolqu l-interpretazzjonijiet tagħhom stess orjentati lejn l-Għid.


Kollaboraturi
Malta School of Art

Informazzjoni fuq il-Biljetti

Adulti
€12
Konċessjonijiet
€10
Tfal
n/a
Cinema Club Members
n/a
Konċessjonijiet jinkludu studenti, persuni bil-karta anzjan u Special ID holders (SID)

Informazzjoni fuq il-Post

Studjows

Kavallier ta' San Ġakbu
Pjazza Kastilja, Il-Belt Valletta VLT1060 Malta
Studio B

Informazzjoni Addizzjonali

Tul ta' Ħin
1hr
Ċert
U
Lingwa
Latin