Callas – Paris 1958

Loading Events

Callas – Paris 1958

15 Diċembru 2023 @ 8:30 pm - 10:17 pm
|Recurring Event (See all)

One event on 17 Diċembru 2023 at 5:30 pm

Dati u ħin
Il-Ġimgħa, 15 ta’ Diċembru, 2023, 8.30pm
Il-Ħadd, 17 ta’ Diċembru, 2023, 5.30pm

Lejl li ma jintesiex. Maria Callas, id-diva kwintessenzjali u l-wiċċ tal-opra fis-seklu 20, għamlet id- debutt tagħha f’Pariġi b’dan l-ispettaklu leġġendarju ġewwa l-lussuża Paris Opéra fid-19 ta’ Diċembru, 1958, għal lejl wieħed biss.

Dan kien avveniment soċjali importanti, li għalih attendew “Le Tout Paris” (inklużi l-President Franċiż Coty, Jean Cocteau, id-Duka u d-Dukessa ta’ Windsor, Charlie Chaplin, Brigitte Bardot, u ħafna aktar). Callas dehret fuq il-palk famuż liebsa l-aktar ilbies eleganti li kellha u ġojjellerija li tiswa mal-miljun dollaru. Hija bdiet bir-rwol distint tagħha, il-“Casta diva” f’Norma, segwit mix-xena emozzjonanti “Miserere” minn Il Trovatore ta’ Verdi, qabel ma bidlet l-atmosfera għal waħda aktar divertenti permezz ta’ “Una voce poco fa” minn Il Barbiere di Siviglia. Il-quċċata tal-lejla ntlaħqet fit-tieni nofs: prestazzjoni tat-Tieni Att ta’ Tosca, adattat bis-sħiħ għal fuq il-palk.

Tosca hija storja dwar il-brutalità tal-pulizija, il-fastidju sesswali, u l-vjolenza totali, psikoloġika u fiżika, imwassla permezz ta’ uħud mill-aktar mumenti ikoniċi tal-opra — inkluża l-aria meraviljuża “Vissi d’arte”. L-interpretazzjoni ta’ Callas ta’ “Vissi d’arte”, li llum il-ġurnata hija leġġendarja, kienet diġà maħbuba matul ħajjitha, evidenti mir-reazzjoni entużjasta tal-udjenza ddokumentata fil-film, li wasslet għat-twaqqif temporanju tal-produzzjoni. Callas — flimkien mas-sieħeb brillanti tagħha, Tito Gobbi, bħala Scarpia — tuża dan il-materjal sabiex toħloq prestazzjoni eċċezzjonali u monumentali.

Ir-repertorju f’din il-prestazzjoni juri lil Callas fl-aqwa tagħha, kemm waqt il-kunċert kif ukoll bħala attriċi operatika. L-elementi viżwali kienu importanti daqs id-dimensjonijiet vokali fl-arti tagħha.

Disponibbli għall-ewwel darba kompletament bil-kulur u f’4K Ultra HD — irrestawrata b’mod metikoluż mill-bobini oriġinali ta’ 16mm skoperti reċentement u sors tal-ħoss li għadu kif ġie skopert — din hija opportunità biex wieħed jesperjenza din il-prestazzjoni storika bħal qatt qabel.

Prodott mit-tim wara l-film rebbieħ “Maria by Callas”.

Informazzjoni fuq il-Biljetti

Adulti
€12
Konċessjonijiet
€10
Tfal
n/a
Cinema Club Members
n/a
Konċessjonijiet jinkludu studenti, persuni bil-karta anzjan u Special ID holders (SID)

Informazzjoni fuq il-Post

Ċinema ta’ Spazju Kreattiv

Kavallier ta' San Ġakbu, Pjazza Kastilja
Valletta, Malta

Informazzjoni Addizzjonali

Tul ta' Ħin
1hr 47m
Ċert
N/A
Lingwa
n/a
: