Carrie (4K restoration)

Loading Events
  • This event has passed.

Carrie (4K restoration)

31 Ottubru 2024 @ 7:30 pm

Jekk ma tibża’ minn xejn, erġa’ ħu lil CARRIE għall-prom tagħha.

L-adattament tant imfaħħar mill-kritika ta’ Brian De Palma tar-rumanz tal-biża’ ta’ Stephen King se jerġa’ jintwera b’mod esklużiv fil-31 ta’ Ottubru biss ġewwa ċ-Ċinema ta’ Spazju Kreattiv f’verżjoni ġdida fjamanta.

Carrie, żagħżugħa mistħija u li tiddejjaq tkun mal-oħrajn tiġi tturmentata l-ħin kollu minn sħabha tal-klassi u ddominata mill-awtoritarjaniżmu u l-fanatiżmu reliġjuż ta’ ommha. Meta Carrie tiskopri li għandha poteri telekinetiċi, tispiċċa biex titlef il-kontroll tal-emozzjonijiet tagħha, u wara li tasal f’xifer l-irdum minħabba ċajta goffa waqt il-prom, hija tuża l-kapaċitajiet il-ġodda tagħha f’att devastanti ta’ vendetta.

 

Informazzjoni fuq il-Biljetti

Adulti
€8
Konċessjonijiet
€7
Tfal
n/a
Cinema Club Members
n/a
Konċessjonijiet jinkludu studenti, persuni bil-karta anzjan u Special ID holders (SID)

Informazzjoni Addizzjonali

Tul ta' Ħin
n/a
Ċert
15
Lingwa
English
: