I will Celebrate my Death (Celebrarè mi Muerte)
- This event has passed.
I will Celebrate my Death (Celebrarè mi Muerte)
Dati u ħin:
Il-Ġimgħa, 2 ta’ Ġunju, 2023, 8pm
Is-Sibt, 3 ta’ Ġunju, 2023, 8pm
Fit-28 ta’ Marzu 2005, il-ħajja tal-kirurgu Marcos Hourmann inbidlet għalkollox. Maż-żerniq ta’ dik l-għodwa, daħlet l-emerġenza mara ta ’l fuq minn tmenin sena b’uġigħ kbir fiżiku. Il-pronjosi tatha biss, ftit sigħat ta’ ħajja.
Il-pazjenta u bintha talbu lit-tabib itemm it-tbatijiet tagħhom. Hourmann, mar kontra l-protokoll mediku kollu, u injetta 50 mg ta’ klorur tal-potassju fil-vina tal-pazjenta. Hija mietet ftit sekondi wara. Dakinhar Hourmann għamel xi ħaġa li ħadd qatt ma kien għadu għamel f’ pajjiżu: kiteb dak li għamel fir-rapport. Ftit xhur wara, irċieva notifika mill-qorti li takkużah bi qtil. Il-familja qatt ma rrapportat xejn, imma l-isptar, iva. Marbutin ma’ dik id-deċiżjoni li ħa fit-28 ta’ Marzu, kien hemm imdendlin sa massimu ta’ 10 snin ħabs.
Issa huwa l-pubbliku li jmissu jagħti l-verdett. Id-dramm jippreżenta mumenti fil-ġrajja tat-tabib, mħallta m’ episodji minn ħajtu ġewwa l-Arġentina, art twelidu. Id-dramm jistaqsi : jista’ jkun li l-esperjenza tal-ħajja tinfluwenza jekk pazjent għandux dritt li jtemm ħajtu?
I Will Celebrate My Death fil-Midja Lokali
An interview with Dr Marcos Ariel Hourmann, minn Audrey Rose Mizzi, MaltaToday
‘My best act as a doctor’ – euthanasia doctor tells all before his play in Malta, minn James Cummings, Times of Malta
‘We Should Stop Suffering’: Doctor Convicted For Illegal Euthanasia Starting Discussion Through One-Man Valletta Show, minn Pawlu Caruana, LovinMalta
Review tal-Prestazzjoni
‘I Will Celebrate My Death’: a testimony minn Lara Zammit, Times of Malta
Tim Kreattiv:
Produzzjoni oriġinali: Producciones del Barrio u Teatro del Barrio
Produzzjoni kurrenti: Marcos Hourmann
Direzzjoni: Alberto San Juan u Victor Morilla
Kittieba: Marcos Hourmann, Alberto San Juan u Víctor Morilla
Attur: Marcos Hourmann
Tekniku: Eudald Gili
Żeffiena tat-Tango: Graciela Guerreira u Osvaldo Pérez
Vuċi tal-Avukat: Pedro Casablanc
Vuċi tal-Imħallef: Alberto San Juan
Appoġġjat minn: