Ċelebrazzjoni tal-Jum Dinji għad-Diżabilità

- This event has passed.
Ċelebrazzjoni tal-Jum Dinji għad-Diżabilità
3 December 2015 @ 7:30 pm

Niċċelebraw l-universalità tat-Teatru – Żfin – Musika
Data u Ħin: Il-Ħamis 3 ta’ Diċembru 2015, 7.30PM
Post: Teatru, Ċinema (Kavallier ta’ San Ġakbu)
Bl-importanza tal-iżvilupp u d-drittijiet tal-bniedem għal kulħadd, il-‘Ġurnata Internazzjnali tal-Persuni b’Diżabilità’ għandha l-għan li tgħin lin-nies jifhmu kwistjonijiet relatati mad-diżabilità, li tagħti s-sapport tagħha biex il-persuni b’diżabilità ikollhom id-dinjità u d-drittijiet tagħhom, u li jkunu kuntenti, u bla dubju, għandha l-għan li żżid l-għarfien tal-benefiċċji li joħorġu meta dawn in-nies jintegraw fil-komunità – kemm f’sens politiku, ekonomiku, soċjali u kulturali.
U hawnhekk tidħol l-Opening Doors Association. L-osservazzjoni annwali tal-‘Ġurnata Internazzjonali għall-Persuni b’Diżabilità’ – fit-3 ta’ Diċembru – jagħtu ċ-ċans lil grupp ta’ nies li jkunu ħerqana biex jiċċelebraw d-diżabilità permezz ta’ prestazzjoni lajv. Il-grupp tat-teatru, il-grupp taż-żfin, u għall-ewwel darba, l-grupp tal-mużika, ħa jkunu qegħdin jagħtu prestazzjoni ċentrali, ġewwa l-Kavallier ta’ San Ġakbu.
Dħul għal din il-preżentazzjoni huwa b’xejn iżda min jixtieq jista’ jagħti donazzjoni mal-bieb.
Postijiet għal persuni bi bżonnijiet speċjali huma limitati. Għalhekk. kull min juża s-siġġu tar-roti huwa mitlub jibgħat email bid-dettalji billi jagħfas hawnhekk u nirrisponduk mill-aktar fis possibbli.
Għal aktar informazzjoni żur is-sit elettroniku ta’ Opening Doors jew segwi l-assoċjazzjoni permezz ta’ Facebook billi tagħfas hawn.
Ħajr għar-ritratt: Alexander Sobolla