Loading Events

« All Events

  • This event has passed.

CINEMA ITALIA @ Malta

21 May 2019 - 26 May 2019

€6 – €7

CINEMA ITALIA @ Malta  huwa organizzat mill-Istituto Italiano di Cultura | La Valletta u l-iSpazju Kreattiv f’kollaborazzjoni mal-M.A. fl-Istudji tal-Films, fi ħdan il-Fakultà tal-Arti, fl-Università ta’ Malta. CINEMA ITALIA @ Malta hija organizzata fil-qafas ta’ FARE CINEMA – The Italian Movie Industry, inizjattiva ikkoordinata mill-Ministru tal-Affarijiet barranin u kooperazzjoni Internazzjonali Taljan.

 

 

 

Post: Iċ-Ċinema ta’ Spazju Kreattiv
Prezz: €7 / €6 (membri taċ-ċinema club u membri tal-Istituto Italiano di Cultura)

1501165526729

Ammore e malavita

Data u Hin: It-Tlieta, 21 ta’ Mejju, 2019, 8pm

Dirett minn: Antonio Manetti, Marco Manetti

Cert: 12A
Tul: 133 minuta
Lingwa: Taljan b’sottotitoli Ingliżi

Nsibu ruħna f’Napli. Kulħadd jibża’ minn Ciro, qattiel bla ħniena. Huwa u Rosario huma magħrufa bħala “ż-żewġ tigri”. Flimkien, huma s-segwaċi ta’ Don Vincenzo, jew kif jissejjaħ, “’o re d’o pesce” [ir-re tal-ħut]. F’dan ir-ritratt nsibu wkoll il-mara makakka tiegħu, Donna Maria. Mbagħad hemm Fatima, infermiera żgħażugħa mingħajr ħażen. Kif dejjem għamlu matul iż-żmienijiet, dawn iż-żewġ filosofiji opposti jispiċċaw jiltaqgħu.

Darba minnhom, Fatima ssib ruħha f’post ħażin f’ħin ħażin u b’hekk Ciro jrid jeħles minnha. Imma tiġri xi ħaġa imprevedibbli. Meta t-tnejn jispiċċaw wiċċ imb wiċċ, Fatima u Ciro jagħrfu lil xulxin u jerġgħu jiskopru l-imħabba li qasmu fl-addoloxxenza.

1523533212706

Euforia

Data u Hin: Il-Ħamis, 23 ta’ Mejju, 2019, 7.30pm

Dirett minn: Valeria Golino

Cert: 12A
Tul: 115 minuta
Lingwa: Taljan b’sottotitoli Ingliżi

Matteo huwa negozjant li kiseb is-suċċess ta’ età żgħira; raġel gustuż, simpatiku u fuq ruħu. Minn naħa l-oħra, Ettore huwa bniedem kalm; huwa raġel taʼ prinċipju li jgħix ħajja trankwilla bħala għalliem, u li għadu jgħix fil-belt żgħira fejn twieldu hu u Matteo. Għalkemm dawn iż-żewġt irġiel huma aħwa, id-differenza ta’ bejniethom ma’ setgħetx tkun ikbar. Issa, avveniment drammatiku se jġiegħlhom jgħixu flimkien f’Ruma għal ftit xhur, fejn se jitgħallmu jiffaċċjaw id-differenzi ta’ bejniethom premezz tal-kompassjoni u l-imħabba, sabiex jaslu għal resoluzzjoni li tbeżża’ u televa fl-istess waqt.

1527761214924

Il Testimone Invisibile

Data u Hin: Il-Ġimgħa, 24 ta’ Mejju, 2019, 7.30pm

Dirett minn: Stefano Mordini

Cert: 12A
Tul: 115 minuta
Lingwa: Taljan b’sottotitoli Ingliżi

Adriano jistenbaħ f’kamra f’lukanda, ħdejn il-ġisem mejjet tal-maħbuba tiegħu, Laura. Il-bieb huwa msakkar minn ġewwa u m’hemm l-ebda evidenza li kien hemm xi ħadd ieħor fil-kamra. Minkejja li jiddikjara l-innoċenza tiegħu, ir-raġel xorta waħda jiġi akkużat bil-qtil tagħha. Huwa jafda l-istrateġija difensiva tiegħu f’idejn l-avukata kriminali veterana Virginia Ferrara, li qatt ma’ tilfet każ. Flimkien, għandhom biss tliet siegħat biex jippreparaw il-każ, jiskreditaw ix-xhud ewlieni li qed jakkuża lil Adriano, u biex jsibu wkoll provi inkontrovertibbli li jikkonfermaw l-innoċenza tiegħu. Daru mal-ħajt, Adriano se jkollu jgħid il-verità kollha lill-avukata …

1510074703423

Il Cratere
flimkien ma Q&A mad-diretturi

Data u Hin: Is-Sibt, 25 ta’ Mejju, 2019, 8.30pm

Dirett minn: Luca Bellino, Silvia Luzi

Cert: 12A
Tul: 93 minuta
Lingwa: Taljan b’sottotitoli Ingliżi

Darba waħda f’art misħuta, missier juża lill-vuċi ta’ binthu sabiex jisfida kemm id-dinja u d-destin tiegħu. Iżda s-suċċess malajr isir ossessjoni u minflok barka t-talent jsir kastig. Crater hija storja li taqleb il-ħrejjef ta’ Disney rashom ’l isfel.

1466011162473

Indivisibili

Data u Hin: Il-Ħadd, 26 ta’ Mejju, 2019, 8.pm

Dirett minn:  Edoardo De Angelis

Cert: 12A
Tul: 100 minuta
Lingwa: Taljan b’sottotitoli Ingliżi

  Daisy u Viola huma ‘siamese twins’ li jgħixu fis-subborgi ta’ Napli. L-aħwa dalwaqt jgħalqu 18 il-sena u t-tnejn għandhom vuċi tassew sabiħa. Grazzi għall-ispettakli li jtellgħu fit-tiġijiet, il-komunjonijiet u l-magħmudiji, jirnexxielhom jmantnu l-familja kollha. Sadanittant, missierhom jżommhom iżolati mill-bqija tad-dinja biex jkompli jisfruttahom għall-flus. Iżda d-dinja tagħhom tinqaleb rasha ‘l isfel meta waħda minnhom issib l-imħabba u t-tnejn jiskopru li teżisti operazzjoni li tista’ tisseparahom.

 

 

Dettalji

Bidu:
21 May 2019
Tmiem:
26 May 2019
Prezz:
€6 – €7
Event Category:

Venue

Ċinema ta’ Spazju Kreattiv
Kavallier ta' San Ġakbu, Pjazza Kastilja
Valletta, Malta
Numru:
+356 2122 3200

Other

Cert 12A