ĊineXjenza – Annihilation

Loading Events

ĊineXjenza – Annihilation

12 Diċembru 2023 @ 7:00 pm - 10:00 pm

Taf min int? Ingħaqad magħna għal wiri ta’ Annihilation fit-12 ta’ Diċembru fis-7pm fiċ-Ċinema Spazju Kreattiv.

Wara l-għajbien ta’ żewġha, il-bijologu ċellulari u eks suldat tal-Armata Amerikana Lena (Natalie Portman) tmexxi grupp ta’ esploraturi f’“The Shimmer”, żona misterjuża ta’ kwarantina kkawżata minn preżenza aljena. Ladarba ġewwa, l-esploraturi jiltaqgħu ma’ dinja ta’ pajsaġġi u kreaturi mutati, perikolużi daqskemm sbieħ, li jheddu kemm ħajjithom kif ukoll is-sanità tagħhom. Il-vjaġġ tagħhom iwassalhom biex jirriflettu fuq dak li jagħmilhom. Wara l-wiri tal-film, ingħaqad mal-esperti tagħna għal diskussjoni dwar dak li jagħmilna bnedmin umani, u kif id-DNA tagħna jista’ diġà jiġi manipulat jew ikklonat. Il-mistoqsija l-kbira hija: filwaqt li jista’ jkollna t-teknoloġija, kif għandna nużawha? Aġenzija Żgħażagħ, flimkien mal-għaqdiet studenteski S-Cubed u Betapsi Malta, se jkunu qed imexxu din id-diskussjoni.

Tim Kreattiv

Organizzatur u disinjatur: Dr Edward Duca
Koordinatur: Dr Francesca Busuttil

Informazzjoni fuq il-Biljetti

Adulti
€5
Konċessjonijiet
n/a
Tfal
n/a
Cinema Club Members
n/a
Konċessjonijiet jinkludu studenti, persuni bil-karta anzjan u Special ID holders (SID)

Informazzjoni fuq il-Post

Ċinema ta’ Spazju Kreattiv

Kavallier ta' San Ġakbu, Pjazza Kastilja
Valletta, Malta

Informazzjoni Addizzjonali

Tul ta' Ħin
3hr including discussion
Ċert
18
Lingwa
English