Loading Events
  • This event has passed.

ĊineXjenza: Get Out

20 Ottubru 2020 @ 7:00 pm

Mill-mument li l-protagonist Chris (Daniel Kaluuya) jiltaqa’ mal-ġenituri tas-sieħba tiegħu Rose (Allison Williams), l-affarijiet jinħassu li mhumiex f’posthom. Minn hemm, il-film jesplora diversi temi relevanti fid-dinja tal-lum bħal m’huma il-kuxjenza doppja, ir-razziżmu liberali, u l-anzjeta’ li taqbdek meta tirrealizza li mhux postok x’imkien.

L-ipnoterapista u konsulent tal-metafiżika – Mr. Andrew Zammit Soler – ser ikun qiegħed imexxi diskussjoni hekk kif jispiċċa l-film, filwaqt illi xi tnaqqir u inbid ħa jkunu provduti b’xejn.

ĊineXjenza huwa ssapportjat mill-proġett Tiskopri u kkordinat minn S-Cubed u Malta Chamber of Scientists f’kollaborazzjoni ma’ Spazju Kreattiv.

Prenotazzjonijiet meħtieġa.

TIM KREATTIV
Raisa Grech (event manager), Edward Duca (science communications consultant), S-Cubed, Belle de Jong and Bethany Wootton (assistants), and Daniela Ghirxi (poster design).

Data u ħin: it-Tlieta, 20 ta’ Ottobru 2020, 7pm

 

Informazzjoni fuq il-Biljetti

Adulti
BLA ĦLAS
Konċessjonijiet
BLA ĦLAS
Tfal
BLA ĦLAS
Cinema Club Members
n/a
Konċessjonijiet jinkludu studenti, persuni bil-karta anzjan u Special ID holders (SID)
Jekk jogħġbok, kun prudenti u tibbbukkjax biljetti jekk m'intix ċert li ser tattendi. Jekk ibbukjajt u m'għadekx tista' tattendi ġentilment nitolbuk iċċempel il-box office fuq 2122 3200 biex tikkanċella l-booking tiegħek.

Informazzjoni Addizzjonali

Tul ta' Ħin
1h 44m
Ċert
18
Lingwa
Ingliż