ĊineXjenza – I Am Legend

Loading Events
  • This event has passed.

 ĊineXjenza – I Am Legend

17 Ottubru 2023 @ 7:00 pm

Jistgħu l-istejjer tal-fantaxjenza jsiru veri? I Am Legend huwa film thriller ta’ azzjoni post-apokalittiku bl-attur Will Smith bħala l-virologu tal-Armata tal-Istati Uniti Robert Neville.

Il-film jinsab fi New York City wara li virus, li oriġinarjament inħoloq biex ifejjaq il-kanċer, biddel lill-bnedmin f’mutanti kannibalistiċi. Neville huwa immuni għall-virus, u jaħdem biex jiżviluppa kura għat-tifqigħa billi juża d-demm tiegħu stess waqt li jfittex superstiti oħra u jiddefendi ruħu kontra l-mutanti għatxana tad-demm.

ĊineXjenza reġgħet lura għad-9 staġun tagħha. Ingħaqad magħna fis-17 ta’ Ottubru fis-7pm biex tara l-film I Am Legend b’diskussjoni dwar il-kanċer u t-terapiji tal-ġeni, u t-tifqigħ ta’ mard; kemm hu maġiku il-film u kemm diġà ġara fid-dinja tagħna? Aġenzija Żgħażagħ se tkun qed tmexxi d-diskussjoni kreattiva u impenjattiva ma’ esperti flimkien mal-għaqdiet studenteski MMSA u MHSA.


Tim Keattiv

Organiser and designer: Dr Edward Duca
Coordinator: Dr Francesca Busuttil

Informazzjoni fuq il-Biljetti

Adulti
€5
Konċessjonijiet
n/a
Tfal
n/a
Cinema Club Members
n/a
Konċessjonijiet jinkludu studenti, persuni bil-karta anzjan u Special ID holders (SID)

Informazzjoni fuq il-Post

Ċinema ta’ Spazju Kreattiv

Kavallier ta' San Ġakbu, Pjazza Kastilja
Valletta, Malta

Informazzjoni Addizzjonali

Tul ta' Ħin
1hr 41min
Ċert
15
Lingwa
English