ĊineXjenza: Seaspiracy
- This event has passed.
ĊineXjenza: Seaspiracy
Data u ħin:
It-Tlieta 26 ta’ April 2022, 7pm
Id-dokumentarju joħodna fuq vjaġġ mimli kritika lejn is-sajd bla razan u barra minn hekk jargumenta li it-tabelli tal-‘Dolphin Safe and Marine Stewardship Council’ ma jserħux moħħ il-konsumatur.
Mill-banda l-oħra, l-industrija tas-sajd tgħid li dan huwa attakk diżonest peress li l-istudji xjentifiċi ġew magħżula minn sorsi li kellhom aġenda. Ħafna argumentaw li dan id-dokumentarju jippreżenta fatti xokkanti imma b’raġunijiet u messaġġ mhux korretti. Waqt id-diskussjoni ma’ Dr Alicia Bugeja Sajd (riċerkatur tas-sajd) u Prof Joseph A Borg nixtiequ niddibattu jekk il film hux ġġustifikat. Is-sajd huwa vera kompletament hażin? Jew il-bniedem kapaċi biżejjed jipprattika s-sajd sostenibbli?
Sakemm jippermettu r-restrizzjonijiet tal-COVID-19, ikel u xorb se jiġu pprovduti b’xejn f’tmiem l-avveniment. CineXjenza hi appoġġjata mill-proġett STEAM, mmexxija mill-Malta Chamber of Scientists u S-Cubed, b’kollaborazzjoni ma’Spazju Kreattiv.
Informazzjoni fuq il-Biljetti
Informazzjoni fuq il-Post