
- This event has passed.
ĊineXjenza: The Human Brain on Film
Il-moħħ tal-bniedem huwa s-suġġett priċipali ta’ ħafna films. Temi populari jinkludu il-manipulazzjoni tal-memorja, il-mard tal-moħħ, it-tixjiħ aċċelerat jew imnaqqas u l-intelliġenza artifiċjali (AI), fost oħrajn.
Fis-16 ta’ Marzu, ĊineXjenza ser tkun qiegħda tistieden erba’ riċerkaturi f’ dan il-qasam sabiex jiddiskutu dak kollu li għandu x’jaqsam mat-temi tan-newroxjenza fil-klipps qosra li ser jintwerew, kif ukoll ċerti perċezzjonijiet populari dwar il-moħħ li jafu jkunu żballjati. Wara, id-diskussjoni ser tinfetaħ għall-membri tal-udjenza fejn huma ser ikunu mħeġġa jaqsmu eżempji oħra tan-newroxjenza fil-films.
Mistednin ser ikunu l-akkademiċi mill-Universita’ ta’ Malta, Albert Gatt, li għandu sfond fi psikoloġija u fix-Xjenza tal-kompjuter u il-Professur tax-Xjenza Konjittiva Ian Thornton. Ser jattendu wkoll il-Professur tal-Psikoloġija Arni Kristjansson li rċieva l-Ph.D tiegħu fin-Newroxjenza Konjittiva mill-Universita’ ta’ Harvard u l-Professur tal-Psikoloġija Ġenerali Suncica Zdravkovic mill-Universita’ ta’ Novi Sad fis-Serbja.
Prenotazzjonijiet meħtieġa.
TIM KREATTIV
Raisa Grech (event manager), Edward Duca (science communications consultant), S-Cubed, Pavol Macejovsky, Esther Ouma(social media manager)
Data u ħin: it-Tlieta, 16 ta’ Marzu 2021, 7pm