
- This event has passed.
ĊineXjenza: Weed the People
Dan id-dokumentarju jiddiskuti l-istorja polarizzata tal-pjanta kontroversjali tal-kannabis – b’mod partikulari l-użu tagħha fil-qasam mediku.
Il-kannabis fil-forma sativa kienet tintuża bħala mediċina għal ‘il fuq minn 3000 sena qabel ma inqalbet il-folja f’dan l-aħħar seklu hekk kif l-awtoritajiet tal-iStati Uniti ivvilifikaw il-pjanta sabiex jilħqu aġenda razzista. Jitqajjem punt validu rigward mediċini alternattivi għal mard bħall-kanċer. Wara kollox, meta l-vittma jkun xi ħadd qribek, tibda tikkunsidra kull alternattiva għall-fejqan tagħha.
Il-professur Anthony Serracino Inglott, iċ-chairperson għall-Malta Medicines Authority, ser ikun qiegħed imexxi diskussjoni hekk kif jintemm il-film, filwaqt illi xi tnaqqir u inbid ħa jkunu provduti b’xejn.
ĊineXjenza huwa ssapportjat mill-proġett Tiskopri u kkordinat minn S-Cubed u Malta Chamber of Scientists f’kollaborazzjoni ma’ Spazju Kreattiv.
Prenotazzjonijiet meħtieġa.
TIM KREATTIV
Raisa Grech (event manager), Edward Duca (science communications consultant), S-Cubed, Belle de Jong and Bethany Wootton (assistants), and Daniela Ghirxi (poster design).
Data u ħin: it-Tlieta 15 Diċembru 2020, 7pm
Informazzjoni fuq il-Biljetti