Circuits 2021 | Festival Day 1

- This event has passed.
Circuits 2021 | Festival Day 1
Data u ħin
Is-Sibt 23 ta’ Ottubru 2021, 1pm
Electronic Music Malta, isem li li illum huwa sinonimu ma’ avvenimenti ta’ mużika elettronika kontemporanja, tirritorna bl-edizzjoni ta’ dis-sena tal-festival ‘Circuits’ illi ħa jsir nhar it-23 u 24 ta’ Ottubru, 2021.
Nhar it-23 t’Ottubru, se jkun hemm prestazzjonijiet minn diversi artisti fosthom ta’ Siamak Anvari (Iran) li ħa jdoqq silta fuq 8 ‘speakers’ u, bħala parti mill-proġett ‘Away from the Comfort Zone’, Paolo Gatti (Italja) u Clare Ghigo flimkien ma’ Han Buhrs (Olanda) u Ayn il Widen.
Avvenimenti oħra jinkludu sessjoni ta’ riċerka mill-proġett ‘Elektronika’ flimkien mal-Fondazzjoni M3P kif ukoll diversi taħditiet u ‘workshops’ li jitrattaw suġġetti bħal produzzjoni mużikali, inġinerija tal-ħoss, ‘djing’ u ‘modular synthesis’. Dawn kollha ħa jkunu mnedijin minn ‘Sawtooth Audio Academy’.
‘Circuits’ hija mnedija mill-organizzazzjoni volontarja Electronic Music Malta li hija wkoll megħjuna mill-Kunsill Malti għall-Arti, huwa parti mill-programm ta’ Spazju Kreattiv u huwa mniedi wkoll bis-saħħa tal-German Maltese Circle u l-Air Malta.
Ikklikkja hawn għall-iskeda dettaljata.
Tim Kreattiv:
Luc Houtkamp (Direttur Artistiku); Edwin Balzan (Direttur Ezekuttiv); Adri van den Berg (Marketing / PR)
Imsieħba
Arts Council Malta, Spazju Kreattiv, German Maltese Circle, Air Malta
Il-patruni kollha li se jattendu avvenimenti fi Spazju Kreattiv għandhom jippreżentaw ċertifikazzjoni tal-vaċċin fil-punt tad-dħul tagħhom.
Informazzjoni fuq il-Biljetti
Informazzjoni fuq il-Post
Informazzjoni Addizzjonali